Join Us On:

News Archive

ELEGY 2: MARĊI FUNEBRI TAS-SURMAST VELLA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie mniedi double album ta’ marċi funebri mis-surmast direttur tal-banda ċittadina La Stella: il-Professur Joseph Vella. Dan id-double album li jġib l-isem ta’ Elegy 2 huwa t-tieni ġabra ta’ marċi funebri mill-pinna tal-istess surmast, li proprju din is-sena jagħlaq erbgħin sena bħala surmast direttur tal-banda La Stella.

L-ewwel edizzjoni ta’ Elegy ħarġet fis-sena 2000 – double album li kien jinkludi għoxrin marċ funebri. Dan id-double album kien suċċess kbir u għalkemm għaddew għaxar snin minn meta ħareġ, għadu mfittex sal-lum. 

Elegy 2 jiġbor fih tnax-il marċ li nkitbu speċifikament għall-banda ċittadina La Stella u li kienu nklużi fl-aħħar CDs ta’ marċi funebri li ħarġet l-istess banda matul dawn l-aħħar għaxar snin, inkluż l-aktar wieħed riċenti li nsibu fis-sett ta’ din is-sena: Lill-Ħbieb qatt minsija: Kan. Joe Mejlak u Anton Vella. Il-marċi li nsibu f’dan id-double album huma:

CD 1
1. Lil Ommi
2. Lill-Ħbieb qatt minsija – Kan. Joe Mejlak u Anton Vella
3. La Morte e la Resurrezione (Ġużeppi Camilleri)
4. In Memoriam Mons. Salv Borg
5. In Memoriam Ġużeppi Cini
6. In Memoriam Ġużeppi Buttigieg

CD 2
1. In Memoriam Ġużeppi Mercieca
2 In Memoriam Victor Camilleri
3 In Memoriam Carmelo Abela
4. In Memoriam Mons. Emanuel Mercieca
5. In Memoriam Anthony Attard
6. In Memoriam George Borg

Elegy 2 jinsab għall-bejgħ mill-każin La Stella u mill-ħwienet ewlenin għall-prezz ta’ €15.