Join Us On:

News Archive

DVD U CD TAL-AĦĦAR KUNĊERT ANNWALI TAL-BANDA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tħabbar li d-DVD u c-CD tal-aħħar Kunċert Annwali tal-Banda jinsab lest.  Id-DVD u c-CD jistgħu jiġu ordanti billi wieħed jċempel fuq 21560250 jew jikteb fuq [email protected] jew jasal wasla sa Vajringa Supermarket.  Wieħed jista’ jakkwista separati ic-CD għal donazzjoni ta’€7, id-DVD għal donazzjoni ta’ €14 jew id-DVD u CD flimkien għall-prezz ta’ €18.

Ir-recording jinkludi l-biċċiet kollha li ndaqqu fil-15 ta’ Novembru li għadda. Fil-kunċert il-Banda Ċittadina La Stella kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella.

JMJ_3460 JMJ_3467a JMJ_3488

Il-programm dakinhar kien jinkludi biċċa ta’ Jacob de Haan bil-Variazioni in Blue, segwita minn Music ta’ John Miles, taħt it-tmexxija tal-Assistent Surmast Sigmund Mifsud. Imbagħad indaqqet MyFanwy ta’ Joseph Parry fejn daqq is-solista Ino Attard u dritt warjaha  kien imiss l-eżekuzzjoni ta’ selezzjoni minn I Pescatori di Perle bis-solisti jkunu Robert Buttigieg, Ino Attard u Anton Sacco.  Segwew Pulcinella ta’ Ray Sciberras u Unfinished ta’ Schubert bis-solisti Mario Galea u Robert Buttigieg.  Il-kunċert għalaq b’ Pezzo Sinfonico ta’ Joseph Vella u fl-aħħar nett id-Danza delle Ore b’eżekuzzjoni eċċellenti.

(Ritratti: Joe Attard)