Join Us On:

News Archive

DR JOHN GALEA MAĦTUR SURMAST DIRETTUR TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA TAL-BELT VICTORIA

Is-Soċjetà’ Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria bi pjaċir tħabbar il-ħatra tas-Surmast Dr John Galea bħala Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella u l-opra fit-Teatru Astra.

Is-Surmast Galea, li hu kompożitur u personalita’ magħrufa fix-xena mużikali lokali, studja fl-Universitajiet ta’ Durham, Pavia u dik ta’ Malta taħt il-gwida ta’ mużiċisti ċelebri, fosthom Charles Camilleri, John Gardner, Fabrizio della Seta, Lior Shambadal u Franco Donatoni, minn fejn kiseb żewġ dottorati.

Il-kompożizzjonijiet tiegħu kienu esegwiti f’ Malta, l-Greċja, Franza, l-Italja, Svizzera, r-Renju Unit u l-Ġermanja u rreġistrati fuq numru ta’ CDs l-aktar fil-BNR ta’ Sofia fil-Bulgaria.   Is-Surmast Galea kien mistieden jidderiegi numru ta’ orkestri f’Malta, l-Bulgarija, u l-Ġermanja. Hu kien ukoll parteċipi u mexxa nurmu ta’ bordijiet li assenjaw premijiet marbuta ma kompetizzjonijiet mużikali prestiġġjużi.

Dr John Galea hu ukoll sinonimu mal-kor tal-Belt Victoria, Chorus Urbanus, li issa ilu jmexxi għal ħafna snin.

Il-ħatra tas-Surmast Galea bħala Surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria, illum qed tissiġilla ukoll ir-rabta storika mas-Soċjetà Filarmonika King’s Own tal-Belt Valletta, li tagħha Dr Galea ilu Surmast għal dawn l-aħħar ħmistax -il sena.

Fuq livell akkademiku, is-Surmast Galea hu lecturer fl’ Universita ta’ Malta, fejn għal tmien snin serva ukoll bħala l-kap tad-dipartiment tal-Mużika, u l-School of Performing Arts u kien ukoll membru tal- POLIFONIA III Cycle Working Group, proġett tal-EU (2012-2015)  mmexxi mill-Association of European Conservatoires.  Fl’aħħar snin Dr Galea kellu numru ta’ stediniet minn Univesitajiet madwar id-dinja biex jippreżenta papers u jmexxi masterclasses marbuta mal-mużika u kompożizzjoni.

Il-ħatra tas-Surmast Galea, li qed ssir wara t-telfa tal-mibki Prof. Joseph Vella, se ssaħħaħ d-direzzjoni artistika u mużikali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella li tinkludi wkoll lis-Surmast Sigmund Mifsud bħala Surmast tal-Musicals fit-Teatru Astra, RockAstra u Assistent Surmast tal-Banda u lis-Surmast Sostitut Noel Beck.

 

Mro John Galea