Join Us On:

News Archive

DOUBLE ALBUM TA’ MARĊI TAS-SURMAST VELLA

Il-Professur Joseph Vella nħatar surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella f’Settembru 1970. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-erbgħin anniversarju minn din il-ħatra.  Kien għalhekk li l-Kumitat tas-Soċjeta’ ħaseb li, bħala parti mill-attivitajiet biex jiġi mfakkar dan l-avveniment, ixandar album li jinkludi l-marċijiet kollha tal-festa li s-Surmast Vella kkompona tul il-karriera mużikali tiegħu. 

Dan l-album, li jġib l-isem Festive Band Marches, jinkludi sett marċi brillanti li jilħqu n-numru ta’ 29, maqsuma fuq żewġ compact discs.  F’dan is-sett wieħed ovvjament isib l-aħħar kompożizzjoni tas-Surmast Vella f’dan il-qasam, jiġifieri l-marċ 40th Anniversary, li propju jfakkar dan l-avveniment. Inkluż ukoll hemm l-ewwel marċ li s-Surmast kiteb għall-Banda La Stella, bl-isem The Bazaar, marċ li jeħodna lura għas-sena 1960. Dan il-marċ ġie miktub ħamsin sena ilu, għaxar snin qabel ma s-Surmast Vella ngħaqad mas-Soċjetà Filarmonika La Stella

Meta wieħed josserva u jisma’ dan is-sett ta’ marċi ma jistax ma jintebaħx bl-iżvilupp ta’ teknika, mentalità u xejra kompożitorja li s-Surmast Vella għadda minnu f’dawn l-erbgħin sena. Bla dubju ta’ xejn, wieħed jista’ jinnota hija l-varjetà enormi fl-istruttura ta’ dawn il-marċi, sew dik armonika u sew dik ta’ format, li tagħti lill-marċi kollha ta’ dan is-sett karattru u individwalità, fejn il-kompożitur qatt ma jirrepeti lilu nnifsu, u għalhekk kull marċ huwa distint b’kulur karatteristiku tiegħu. Dan l-aspett tal-aħħar forsi joħroġ aktar ċar fis-sett ta’ marċi funebri, li jilħqu n-numru sabiħ ta’ 32, li s-Surmast Vella għandu fl-Arkivju tas-Soċjetà. Dawn tal-aħħar ukoll ġew irrekordjati fuq compact discs u jinsabu miġbura  f’żewġ double albums: Elegy u Elegy 2

 L-Arkivju tas-Soċjetà La Stella huwa mogħni wkoll b’diversi biċċiet sinfoniċi tas-Surmast Vella, bħal Three Mood Pieces, Jubilo, Pezzo Sinfonico, Rebbieħa, u oħrajn.

Intant f’dan id-double album li qed jinbiegħ għall-prezz ta’ €20 mill-każin La Stella u mill-ħwienet ewlenin insibu dawn il-marċi:

CD 1

40th Anniversary
Ikejjen
Spitfire
30th Anniversary
Rebbieħ
Storbju
Akkademja
Planċier
Irxoxt
25th Anniversary
Ancona
Marche Militaire
Ġorġi ta’ Lidda
Saint George
 
CD 2
 
Alan
Firenze 
Lil Kumitat
Miġja Ferħa
Nathalie
Astra
Festivity
Tribuna
Charlton
Villa Bellini
Putchi 
Il-Foreman
Sardar’s Song
Sheik’s  Holiday
The Bazaar