Il-festa ta’ San Ġorġ għal darb’oħra, ser terġa’ toffri spettaklu ieħor ta’ baned. Fil-fatt għall-festa ta’ din is-sena, flimkien mal-banda ewlenija ta’ beltna, ser jieħdu sehem xejn inqas minn disa’ baned, tlieta minn Malta u sitta minn Għawdex. Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, l-organizzattriċi tal-festi esterni f’ġieħ San Ġorġ f’beltna, dejjem tat prijorità lil dan l-element fil-festa tagħna.
Il-banda ċittadina La Stella ser tagħmel tmien servizzi f’sitt ijiem. L-uniku żewġ servizzi li mhux ser iddoqq fihom il-banda tagħna, huma tal-Ħamis filgħaxija, fejn għal sena oħra ġie deċiż li f’dan il-jum għandna nħallu liberi lill-bandisti tagħna biex flimkien mal-familjari u l-ħbieb tagħhom ikunu jistgħu jgawdu ftit mill-festa; u dak tal-Ħadd filgħodu, fejn bħal dejjem, il-banda tal-post qatt ma tieħu sehem.
Il-banda La Stella tiftaħ l-impenji tagħha fil-ġimgħa tal-festa nhar it-Tlieta li ġej b’marċ minn Taċ-Ċawla sa pjazza San Ġorġ fejn imbagħad nassistu għall-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ.
Il-baned mistiedna huma dawn:
Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala
It-Tlieta fid-9.30pm: Marċ brijuż minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn jingħata bidu għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ. Id-dimostrazzjoni tintemm fi Pjazza San Franġisk.
Il-Ħadd fit-7.45am: Marċ minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M. – Sannat
L-Erbgħa fid-9.30pm: Marċ brijuż minn Tirq l-Arċisqof Pietru Pace sa Pjazza San Franġisk fejn jingħata bidu għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Id-dimostrazzjoni tintemm fi Pjazza San Ġorġ.
Il-Ħadd fil-11.00am: Marċ brijuż u popolari fil-qalba tal-belt Victoria.
Soċjetà Mużikali Santa Katerina – Żurrieq
Il-Ħamis fid-9.30pm: Tieħu sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun t’ Għawdex, li tintemm fi Pjazza Savina.
Banda Santa Marija – Żebbuġ
Il-Ħamis fid-9.30pm: Tieħu sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun t’ Għawdex, li tintemm fi Pjazza Savina.
Banda Prekursur – Xewkija
Il-Ġimgħa fid-9.30pm: Marċ minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali.
Soċjetà Filarmonika Mnarja – Nadur
Il-Ġimgħa fl-10.30pm: Tieħu sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ li tintemm fi Pjazza Indipendenza.
Il-Ħadd fit-8.00pm: Marċ minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ fejn tesegwixxi programm mużikali.
Banda Ċittadina King’s Own – Belt Valletta
Is-Sibt fit-8.00pm: Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ. Wara tieħu sehem fil-marċ singolari u kolossali ta’ lejlet il-festa.
Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri – Ħal Qormi
Il-Ħadd fil-11.00am: Marċ brijuż u popolari fil-qalba tal-belt Victoria.
Għaqda Mużikali San Ġużepp – Għajnsielem
Il-Ħadd fit-7.45pm: Marċ minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Indipendenza fejn tesegwixxi programm mużikali.
Għal aktar dettalji, nistednukom taqraw il-Programm dettaljat li għandkom issibuh fil-homepage tagħna.