Join Us On:

News Archive

DIRETTRIĊI ĠDIDA TAL-KOR PICCOLE STELLE

It-Teatru Astra bi pjaċir iħabbar li Sylvana Cini hi d-direttriċi il-ġdida tal-Kor Piccole Stelle tal-istess teatru.

Il-Kor Piccole Stelle twaqqaf fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika La Stella f’Ottubru tal-2013 u sa mill-formazzjoni tiegħu kien protagonist f’diversi produzzjonijiet mtella’ mis-Soċjeta Filarmonika La Stella, fosthom RockAstra,  l-opra, programmi mal-Banda Ċittadina La Stella, l-kunċert vokali tal-Milied li ta’ kull sena jittella fi Pjazza San Ġorġ nhar il-Milied filghaxija u reċentament il-musical Evita.  Il-kor ġie mistieden u kanta f’ diversi okkażjonijiet fil-Bazilika ta’ San Ġorġ, fil-Karnival reġjonali u anke’ f’attivitajiet filantropiċi, fosthom fl-Istrina.   Il-kor sa mit-twaqqif tiegħu kien immexxi minn Mariella Spiteri Cefai, li minħabba impenji familjari ma tistax tkompli fil-kariga.

Sylvana Cini hi gradwata mill-Universita ta’ Malta fil-mużika u l-lingwa Maltija u fil-preżent hi għalliema tal-mużika tal-istudenti tal-primarja fil-Kulleġġ ta’ Għawdex, fejn fost l-oħrajn ikkordinat numru ta’ serati mużikali. Reċentament hi attendiet numru ta’ workshops f’Londra fejn kellha opportunità titħarreġ u taħdem ma diversi mużicisti professjonali. Sylvana, hija korista b’esperjenza u għandha viżjoni olistika tat-taħriġ vokali li ma hux biss proċess artistiku iżda anke’ wieħed formattiv għall-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-persuna.

It-Teatru Astra jesprimi sentiment ta’ gratitudni lejn is-servizz kbir li Mariella Spiteri Cefai tat lill-kor Piccole Stelle sa mit-twaqqif tiegħu u jawgura l-ħidma t-tajba lil Sylvana Cini bħala direttriċi ġdida tal-kor.

FullSizeRender