Join Us On:

News Archive

DESK DIARY 2015

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha nvoluti fil-produzzjoni tad-Desk Diary 2015. Bħalma għamilna fis-snin li għaddew nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li rreklamaw fih u li kienu nvoluti fil-preparamenti. Din il-pubblikazzjoni tikkumplimenta xogħol ieħor li jsir matul is-sena, fosthom pubblikazzjonijiet bħal ktieb tal-festa u l-librett tal-opra. Dan ix-xogħol kien ikoordinat mis-Sur Dolindo Cassar, President Onorarju tas-Soċjetà li ilu jagħmel din il-biċċa xogħol għal ħafna snin.  Id-Desk Diary huwa mimli b’ħafna informazzjoni utli għal kull min jagħmel użu minnu. Minbarra xi noti qosra dwar is-Soċjetà u dak kollu li huwa marbut magħha, d-djarju jinkludi notamenti fid-dati li jinteressaw lilna l-Ġorġjani u dak kollu li nagħmlu. Prosit tassew !

a5 dd.indd