Join Us On:

News Archive

DESK DIARY 2012

Bħalma ġara fis-snin li għaddew is-Soċjetà Filarmonika La Stella ippubblikat Desk Diary interessanti b’ħafna informazzjoni utli għal kull min jagħmel użu minnu. Minbarra xi noti qosra dwar is-Soċjetà u dak kollu li huwa marbut magħha, d-djarju jinkludi notamenti fid-dati li jinteressaw lilna l-Ġorġjani u dak kollu li nagħmlu.
 
Is-Soċjetà tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha nvoluti, speċjalment is-sostenitui bir-reklami tagħhom u l-dawk li kien ilhom jaħdmu għal diversi jiem fuqu. Din il-pubblikazzjoni tikkumplimenta pubblikazzjonjiet oħrjan li jsiru matul is-sena, fosthom il-ktieb tal-festa u l-librett tal-opra. Dan ix-xogħol kien ikoordinat mis-Sur Dolindo Cassar, President Onorarju tas-Soċjetà.