CD ĠDID B’MARĊI FUNEBRI: CONSUMMATUM EST
Fil-ġranet li ġejjin is-Soċjetà Filarmonika La Stella ser tniedi sett ġdid ta’ Marċi Funebri – ġest ta’ tama f’dawn il-mumenti iebsin.
Dan is-sett ta’ marċi, li jinkludi kemm repertorju ġdid kif ukoll ieħor mill-arkivji, ġie ppreparat mil-Banda Ċittadina La Stella matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar – u huwa ġest li jista’ jakkumpanja l-mixja tagħna lejn il-Ġimgħa Mqaddsa, li din is-sena hi waħda mill-aktar partikulari.
Is-sett ta’ marċi, il-36 volum, jinkludi żewġ komposizzjonijiet ġodda tas-Surmast Direttur Dr John Galea, marċijiet tal-eks surmastrijiet il-Prof Joseph Vella u Giuseppe Giardini Vella, kif ukoll marċijiet miktuba minn bandisti tal-istess Banda Ċittadina u Dekana La Stella.
Link minn fejn jista jsir l-pagament online https://www.teatruastra.org.mt/donate