CD ĠDID TA’ MARĊI BRIJUŻI
"St George 2010" huwa l-isem il-ġdid tas-CD ta’ marċi brijużi maħruġ mill-banda ċittadina La Stella fl-okkażjoni tal-festi ad unur il-Patrun ta’ Għawdex San Ġorġ Megalomartri. Dan huwa t-23 CD maħruġ mill-banda dekana matul dawn l-aħħar tlettax-il sena. Is-CD jiġbor fih tnax-il marċ u żewġ innijiet: l-Innu marċ "Lill-Kbir Martri San Ġorġ" u l-Innu La Stella.
Fost il-marċi nsibu żewġ kompożizzjonijiet tas-surmast Joseph Vella li din is-sena qed ifakkar l-erbgħin anniversarju bħala direttur mużikali tal-banda La Stella. Is-sett jinkludi ħames kompożizzjonijiet ġodda, filwaqt li s-seba’ l-oħra ġew maħruġa mill-arkivju tas-Soċjeta’. Is-sett kollu jinkludi:
40th Anniversary – Joseph Vella
Golden Arrow – Ġanni Vella
Obama – Mario Galea
Lill-Bandisti Żgħażagħ – George Borg
Tripletta – George Apap
Andre-Mat – Sunny Galea
Sheik’s Holiday – Joseph Vella
St George 2010 – Joe Galea
Emmar – Emanuel Bugeja
Marching Along – Anthony Aquilina
Domingo – Vincenzo Ciappara
The Pronounced Star – Giuseppe Azzopardi
Lill-Kbir Martri San Ġorġ – Vincenzo Ciappara
Innu La Stella – Giuseppe Giardini Vella