BIDU TAR-RANDAN IMQADDES
Illum beda tar-Randan Imqaddes, żmien liturġiku fejn il-Knisja ssejħilna nidħlu fina nfusna u niġġeddu f’dak li huwa spiritwali. Huwa wkoll żmien fejn il-parroċċi fi gżiritna jagħtuna l-
opportunità nattendu għall-eżerċizzi u b’hekk nissaħħu fil-kelma t’Alla. Fil-Bażilika ta’San Ġorġ hemm diversi korsijiet ippjanati u għalhekk importanti li nfittxu l-aħjar ħinijiet għalina.
Dan huwa żmien impenjattiv għall-Banda tagħna. Minbarra preparamenti għas-sehem tagħna fl-eqdem purċissjoni t’Għawdex, dik li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ, hemm ukoll it-tħejjija għall-
kunċert ta’ mużika sagra se jsir is-Sibt, 23 ta’Marzu 2013 fit-8.00pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira se toħroġ nhar Ħamis ix-Xirka 28 ta’ Marzu. Naturalment
ikollna wkoll s-sehem fid-dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt li toħroġ mill-Bażilika nhar Ħadd il-Għid filgħodu.
Żommu ruħħkom infurmati billi tidhlu f’dan is-sit jew fuq www.facebook/lastella.com.mt.