Join Us On:

News Archive

BIDU TAN-NOVENA…WASLET IL-FESTA !

Nhar is-Sibt li ġej tibda n-novena għall-familja kollha ġewwa l-parroċċa tagħna.  Kif saħaq tajjeb l-arċipriet Mons Joseph Curmi waqt il-quddies tal-Ħadd li għadda, n-novena hija importanti ħafna għax biha nitħejju spiritwalment biex niċċelebraw bil-kbir il-patrun tagħna San Ġorġ.  Għalhekk ninkoraġġixxu l-parruċċani u l-partitarji biex nhar is-Sibt u għad-9 t’ijiem ta’ wara jattendu għan-novena tant mistennija.  Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol f’din il-link tal-Programm.

Kif innotajtu  beda miexi sew l-armar fit-toroq tagħna, fejn ta’ kull sena beltna tilbes libsa li tixraq f’dawn il-jiem.  Ejja nkunu lkoll parteċipi, kulħadd bil-mod kif jista’ biex inkunu familja waħda, f’għaqda festiva miftuħa għal kull min jixtieq jifraħ magħna, biex niċċelebraw din il-festa hekk storika u għażiża.

Il-ħidma tad-diversi sezzjonijiet u sotto-kumitati kemm fil-parroċċa kif ukoll fil-każin bħalissa għaddejja full-speed.  Ta’ min jgħid grazzi lil dawk kollha li qed jaħdmu, xi drabi b’sagrifiċċju personali, biex dak li bnew ta’ qabilna nkomplu ntejbuħ u nkabbruħ.  Viva San Ġorġ !

DSC_0130