BIDU TA’ ĦIDMA GĦALL-KUMITAT IL-ĠDID
Wara li xi jiem ilu saret il-laqgħa ġenerali annwali u ġie elett il-kumitat ġenerali l-ġdid, nhar it-30 ta’ Jannar 2012 saret l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ġenerali fejn fiha nħatru l-uffiċjali tas-Soċjetà. Numru kbir tal-ħatriet huma konfermi fil-kariga okkupati fil-kumitat preċedenti. L-uffiċjali eletti huma dawn:
Pawlu Zammit (President) Elett mill-Bandisiti
Anton Zammit (Segretarju)
Michael Formosa (Segretarju Amminstrattiv)
Frank Schembri (Teżorier)
George Cini (Kontrollur Finanzjarju)
George Cremona (Kontrollur Finanzjarju)
George Borg (Viċi President)
Silvio Cini (Assistent Segretarju)
Aaron Cini u Clint Gatt (Arkivisti)
Michel Buttigieg (Direttur tal-Każin)
Joseph Farrugia (Direttur tal-Każin)
Fil-ġranet li ġejjin huwa mistenni li jinħatru karigi oħra fi ħdan is-sotto-kumitati li jirrapreżentaw id-diversi ħidmiet tas-Soċjetà. Id-diriġenza hija mżewqa b’nies li għandhom diversi snin ta’ esperjenza kif ukoll element qawwi ta’ żgħażagħ li dejjem idaħħlu demm u enerġija ġdida.
Naturalment l-ewwel appuntantmenti impenjattivi se jkunu l-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-festa tal-Patrun t’Għawdex u tal-Belt Victoria San Ġorġ fi ftit aktar minn ħames xhur oħra.