Join Us On:

News Archive

BBQ KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, fit-8.00pm ser jiġi organizzat Barbeque kbir fi Pjazza San Ġorġ. Dan il-bbq qed jiġi organizzat mill-Għaqda tan-Nar, b’risq il-festa, li aktar ma jgħaddu ġranet aktar qed tkompli toqrob. Fil-fatt tmien ġimgħat oħra nkunu fil-ġimgħa tal-festa. Il-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom, iżda biex tittella’ festa suċċess dejjem ikun hemm bżonn ta’ fondi kbar, u għalhekk inizzjattivi bħal din jgħinu mhux ftit biex jinġabru fondi meħtieġa mingħand il-ħafna partitarji Ġorġjani.

Barra minn hekk okkażjonijiet simili jgħinu lilna l-Ġorġjani biex minn issa nibdew nidħlu fl-ispirtu tal-festa. Inħeġġu lill-partitarji biex nhar il-Ġimgħa jingħaqdu magħna fi pjazza San Ġorġ. Il-biljetti qed jinbiegħu għal € 12 (kbar) u € 8 (żgħar) u jistgħu jinkisbu mill-każin ‘La Stella’ jew mill-membri ta’ l-Għaqda tan-Nar. Tul il-bbq ser ikun hemm tombli kbar u spettaklu minn kantanti lokali u mill-grupp folkloristiku Astra. Narawkom!