BBQ B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ
Għal ħafna nies l-istaġun tal-festi spiċċa, imma għalina l-attivisti Ġorġjani, ix-xogħol jibda minn issa, biex ma ngħidx li diġa beda. Il-preparamenti għall-festa li jmiss, dik tas-sena 2012, ikun beda minn kmieni fis-sezzjonijiet varji tas-soċjetà, fosthom tal-armar, tan-nar kif ukoll il-kumitat eżekuttiv.
Naturalment, dan kollu jkun possibbli għax intom is-sostenituri tgħinuna mill-aħjar li tistgħu kemm f’xogħol dirett kif ukoll finanzjarjament billi tipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ fund raising li nagħmlu. Għalhekk nhar il-Ħamis, 15 ta’ Settembru is-Soċjetà tagħna se tagħmel BBQ fil-każin La Stella fit-8.00 pm. Il-biljetti jiswew €12 u jistgħu jinkisbu mill-Astra Bar jew minn Café San Ġorġ.
Ejjew ħa niddevertu flimkien u fl-istess ħin inkunu qed ngħinu biex San Ġorġ, Patrun tal-Għawdxin, ikollu festa kif jixraq.