Join Us On:

News Archive

BARBEQUE BUFFET B’RISQ IL-FESTA

BBQ

Il-Kumitat tal-Festa, fi ħdan il-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, se jkun qed jorganiżża BARBEQUE BUFFET DINNER, 3-course,  fi Triq ir-Repubblika (quddiem il-każin La Stella), nhar il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju, mid-9.00pm ‘l quddiem.  Għal din l-okkażjoni se jkollna fostna wkoll lill-grupp mużikali The Tramps. Għandha tkun okkażjoni li fiha niltaqgħu flimkien – inqas minn tliet ġimgħat qabel il-festa – niddevertu flimkien, nieklu flimkien, waqt li flimkien inkunu qed ngħinu lis-Soċjeta’ sabiex tkun tista’ torganiżża, bħal dejjem, festi kbar fil-ġimgħa li twassal għat-tielet Ħadd ta’ Lulju.

Il-biljetti għal din l-attivita’ soċjali ta’ fundraising jiswew €15 għall-adulti u €8 għat-tfal (taħt it-tnax -il sena), u jinsabu għall-bejgħ mill-Astra Bar, mingħand Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket, mingħand Sammy Rapa ta’ Ta’ Salvina Discount Store, mingħand il-membri tal-Kumitat tal-Festa jew billi wieħed iċempel fuq 21556256 jew jibgħat sms fuq 99021591.  Li wieħed jixtri l-biljetti jew jirriserva l-postijiet tiegħu minn qabel huwa essenzjali.  Dan jiffaċilita x-xogħol għall-organiżżazzjoni u jiggarantixxi aktar effiċjenza, speċjalment fil-preparazzjoni tal-ikel.

Aħna, lkoll kemm aħna Ġorġjani u partitarji Tal-Istilla, għandna naħtfu l-okkażjoni biex nappoġġjaw din l-attivita’ u attivitajiet ta’ din ix-xorta, u dan nistgħu nagħmluh biss bil-parteċipazzjoni tagħna.