Join Us On:

News Archive

BANNERS ĠODDA FI TRIQ IR-REPUBBLIKA

Issa li d-data tal-ftuħ tal-Festival Mediterranea 2011 qegħda toqrob, il-kumitat organizzattiv fost inizzjativi oħra ta’ marketing li qiegħed ikun iniedi, għadu kemm tella’ tlett banners fi Triq ir-Repubblika.  Il-banners qed jirreklamaw il-Festival, l-Opra kif ukoll il-Programm Annwali.  Dan ix-xogħol ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Għaqda tal-Armar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella. Huwa biss bil-kollaborazzjoni tal-entitajiet kollha fi ħdan is-Socjetà Filarmonika La Stella li l-progretti l-kbar tas-Soċjetà, inkluż l-opra, jistgħu jiġu mtella’.
 
Barra minnhekk, aktar kmieni din is-sena ġie introdott banner ġdid mal-faċċata tal-każin li bħalissa qiegħed jirreklama l-opra lirika “Norma”.  Dan il-banner huwa illuminat matul il-lejl b’hekk jibqa jinqara tajjeb wkoll meta jidlam.  Dan ix-xogħol sar minn Emanuel J Farrugia u Donald Micallef.  Huwa ippjanat li wara l-opra dan il-banner jinbidel ma’ ieħor tal-Programm Annwali.

Wieħed jista’ jidħol fil-paġna tal-attivitajiet ta’ din is-sit biex jikseb informazzjoni fil-qosor dwar dak li jkun se jiġri fil-Festival lastella.com.mt.mt/events.asp.

Għal aktar informazzjoni fid-dettal wieħed jista’ jidħol fis-sit uffiċjali tal-Festival www.mediterranea.com.mt  jew inkella wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 21550985 jew 79256897.