AWGURI U STEDINA
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassallek l-isbaħ xewqat f’Jum il-Milied u s-Sena l-Ġdida.
Il-kumitat tas-Soċjetà jixtieq jistiednek ukoll għall-Istrina 2013 – l-Għada tal-Milied, fit-Teatru Astra, mit-3pm ‘l quddiem fejn se jkun hemm spettaklu mill-aqwa fost ħafna attivitajiet oħra u bis-sehem tal-kantanta popolari Ira Losco flimkien mal-Banda Ċittadina La Stella.
Fil-Foyer tat-Teatru inbena wkoll presepju life-size xogħol ta’ bosta voluntiera u bil-pasturi ta’ Adonai Camilleri Cauchi. Wieħed jista’ jżur il-presepju f’dawn il-jiem tal-Milied.
Mill-ġdid awguri u s-sena t’tajba !
________________________________________________________________________________
The La Stella Philharmonic Society wishes you a happy Christmas and New Year. The committee would like to invite you to the L-Istrina 2013 activities at the theatre on 26th December after 3pm. Popular singer Ira Losco will be performing with the La Stella Band during the evening’s show. A life-size crib has also been constructed at the theatre’s foyer and is open to the general public for viewing.