Join Us On:

News Archive

AWGURI LILL-E.T. MONS. ANTON TEUMA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura lill-E.T. Mons. Anton Teuma li llum ser jiġi kkonsagrat bħala d-disa’ Isqof ta’ Għawdex.  Il-konsagrazzjoni se ssir fir-rotunda ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija fil-5.30pm. Il-funzjoni se tkun qed tixxandar live fuq il-mezzi tax-xandir u s-social media.  Mons. Teuma riċentatment għamel omelija mimlija tagħlim waqt il-pontifikal ta’ Jum San Ġorġ. Mal-ħatra tiegħu Mons. Anton Teuma jkun qed isir ukoll it-tielet Dekan tal-Kapitlu Ġorġjan.

Minn din il-paġna nixtiequ nawgurawlu mill-ġdid bħala l-mexxej tad-Djoċesi t’Għawdex.

with-h.h.-pope-francis-1 teuma 118204834_3514703901886672_7128162755577837294_n