Join Us On:

News Archive

ATTRAZZJONI GĦALL-MALTIN LI SE JKUNU GĦAWDEX

Dawk il-Maltin li se jkunu Għawdex, billi jpparteċipaw fil-Free Tavel to Gozo weekend, fejn il-vapur tal-Gozo Channel se jkun b’xejn, huma mistiedna jattendu għall-Kunċert Annwali mill-Banda Ċittadina La Stella li se jsir nhar is-Sibt li ġej fis-7.30pm.  Il-kunċert jinvolvi mużika varjata u se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella.  Fil-kunċert se jidderieġi wkoll għall-ewwel darba Mro Sigmund Mifsud, li għadu kif inħatar Assistent Surmast tal-Banda Ċittadina La Stella.  Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn. Dawk interessati jattendu għal dan il-kunċert għandhom ikunu f’posthom fis-7.15pm, u s-seating huwa fuq bażi first come first served. Aktar informazzjoni fuq www.mediterranea.com.mt jew billi ċċemplu 79256897.

image001