Join Us On:

News Archive

ATTIVITAJIET TAL-VICTORIA HOTSPURS

 

image1

Il-Victoria Hotspurs, il-klabb tal-football li ilu assoċjat mill-qrib mal-partit Ta’ l-Istilla u mal-Parroċċa ta’ San Ġorġ sa’ mit-twaqqif tiegħu, jinsab għaddej bl-aħħar tħejjijiet tiegħu għall-istaġun 2015/16 li ser jiftaħ ftit jiem oħra.

Ghaldaqstant, hsibna li mis-sit elettroniku ufficcjali tas-Socjeta’, inheggu lill-partitarji tal-Victoria Hotspurs – li sostanzjalment huma partitarji Ta’ l-Istilla – sabiex jiehdu sehem fl-attivitajiet li qed jigu mhejjija biex jifthu l-impenji tal-klabb ghall-istagun li gej.

L-ewwel attivita’ hija waħda organizzata mill-Victoria Hotspurs Youth Academy għal subien bejn l-4 u t-12 -il sena. Din l-attivita’, li hija mingħajr ħlas, tikkonsisti f’sessjoni ta’ taħrig fil-logħba tal-football taħt id-direzzjoni tal-plejer internazzjonali Malti Shaun Bajada u ta’ Aldrin Cassar, liema attivita’ ser tinżamm nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru, fl-4.00pm, fil-football pitch tal-iskola sekondarja tas-subien, il-belt Victoria.

L-Erbgħa ta’ wara, mbaghad, 16 ta’ Settembru ser issir il-preżentazzjoni tal-iskwadra għal dan l-istagun, waqt BBQ kbir fi Triq Enrico Mizzi, quddiem il-klabb tal-Victoria Hotspurs. Il-biljetti għal din l-attivita’ jistgħħu jinkisbu mill-bar tal-klabb stess u jiswew €15 għall-kbar u €7 għat-tfal.

Bis-sehem tagħna f’dawn l-attivitajiet inkunu qed nagħmlu l-qalb lill-kumitat ħabrieki u lill-plejers ta’ Victoria Hotspurs.

image4         image3