Join Us On:

News Archive

ATTIVITÀ TAL-KOR TAT-TFAL PICCOLE STELLE

Il-Ħadd 23 ta’ Frar il-kor “Piccole Stelle” ġie mistieden biex jippartecipa waqt serata musiko-letterarja organizzata fil-Librerija Pubblika (tal-Vajringa). Il-kor, taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai, kanta żewġ siltiet karnivaleski, l-Innu tal-Karnival u La Di Da Carnaval. It-tfal libsu kostumi varji u taw show divertenti u impekkabbli li paxxiet  lil dawk kollha preżenti.

It-Tnejn 24 ta’ Frar, il-maggiorparti tat-tfal membri fil-kor “Piccole Stelle” għexu esperjenza unika. Bi preparazzjoni għal parteċipazzjoni tagħhom fil-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex, il-kor irrekordja żewġ kanzunetti b’tema karnivaleska, fosthom “l-Innu tal-Karnival”. Il-kor “Piccole Stelle”, taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai, se jiftħu tlett attivitajiet organizzati mill-Uffiċċju tal-Kultura t’Għawdex. L-ewwel attivita ser issir s-Sibt fil-għodu fejn il-kor  se jiftaħ l-Karnival tat-tfal. L-attivita’ li jmiss se tkun fl-istess ġurnata fejn din id-darba se jkunu fuq quddiem fl-isfilata li tibda’ minn ħdejn il-Villa Rundle u tibqa tiela’ tul Triq ir-Repubblika. It-tielet attivita’ hija waqt il-Karnival tal-Ħadd fejn il-kor se jkanta fi pjazza Indipendenza.

DSCN7935 DSCN7940 DSCN7947 DSCN7950 DSCN7952 DSCN7955