Join Us On:

News Archive

ALLEGRIA….PICCOLE STELLE IN CONCERT

allegria 8x4

Allegria….Piccole Stelle in Concert hija l-produzzjoni prinċipali li ser tkun qed tigi mtellgħa mis-Soċjeta Filarmonika La Stella matul ix-xahar ta’ Mejju ġewwa it-Teatru Astra. Kif it-titlu ta’ din il-produzzjoni stess juri l-attenzjoni principali waqt dan il-kunċert ser ikun il-kor tat-tfal tat-Teatru Astra ‘Piccole Stelle’. Din ma hijiex ser tkun l-ewwel darba li dan il-kor tat-tfal ser ikun qed ikanta quddiem udjenza. Propjament il-kor Piccole Stelle ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar sentejn. Fejn fost oħrajn gie mistieden biex ikanta f’attivitajiet organizzati mill-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Kunsill Lokali tar-Rabat u anke mil-Kumitat Regjonali Kulturali.

F’dan il-kunċert il-kor ‘Piccole Stelle’ ser ikun taħt id-direzzjoni tal-għalliema tal-istess kor, is-Sinjura Mariella Spiteri Cefai. Waqt dan il-kunċert il-kor tat-tfal ser ikun qed ikanta siltiet  minn musicals popolari u anke minn films animati ta Walt Disney. Fost dawn insibu siltiet minn Aladdin, Annie, Beauty and the Beast, Cats, Les Miserables, The Lion King, Merry Poppins, Oliver u il-kanzunetta li jġib l-istess titlu tal-produzzjoni,  Allegria!. Jakkumpanjaw lill-Piccole Stelle ser jkun hemm numru sabiħ ta kantanti promettenti Għawdxin bħal Francesca Sciberras, Michela Pace, Antonella Rapa, Sarah Bonniċi, Mark Josef Rapa, Charles Buttigieg u oħrajn.

L-Allegria…Piccole Stelle in Concert hu skedat għal nhar is-Sibt 16 ta’Mejju ġewwa it-Teatru Astra u l-produzzjoni tibda fit-8p.m. Tickets għal dan il-kunċert bdew jinbiegħu u jistgħu jinxtraw mit-Teatru Astra (€5), għal aktar informazzjoni inħeġġukhom sabiex iċemplu fuq 21556256.