Join Us On:

News Archive

AKTAR TĦEJJIJIET GĦAL GĦAŻIŻA OMMI

Ghaziza Ommi for A5 ghal mal bullettin

Matul din il-ġimgħa qed jilħqu l-qofol tagħhom l-aħħar tħejjijiet għall-ispettaklu Għażiża Ommi li ser jittella’ fit-Teatru Astra nhar is-Sibt li ġej, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  Infatti, ta’ kuljum – u kważi f’kull ħin tal-ġurnata –  it-Teatru Astra jinsab trasformat f’ċentru ta’ attivita’ mgħaġġla, f’kull aspett ta’ din il-produzzjoni; kulħadd ingaġġat f’tellieqa kontra l-ħin biex kollox ikun lest u ippreparat għal nhar is-Sibt li ġej.

Il-provi għal dan l-ispettaklu jinsabu fl-aqwa tagħhom, u hawnhekk wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix l-impenn, u forsi wkoll is-sagrifiċċji, ta’ tant ġenituri li qed iwasslu lil uliedhom fit-Teatru Astra ta’ kuljum u jibqgħu jistennewhom sakemm ikunu lesti mill-provi. Ma nistgħux, minn dan is-sit elettroniku, ma nirrikonoxxux ukoll l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ kull min huwa involut b’xi mod jew ieħor f’din il-produzzjoni, kemm fuq il-palk kif ukoll wara l-kwinti.

Il-booking għal din l-attivita’ teatrali jinsab għaddej b’ritmu tajjeb ħafna.  Minn hawnhekk infakkru li t-Teatru Astra qed joffri biljett b’xejn għall-ommijiet kollha.  Il-booking għadu miftuħ u jista’ jsir billi wieħed jaqbeż qabża sat-Teatru Astra ta’ kuljum bejn it-8.00am u d-9.00pm jew inkella billi jċempel fuq 21 550 985 fl-istess ħinijiet.