Join Us On:

News Archive

AKTAR PREPARAZZJONI GĦALL-ĠIMGĦA L-KBIRA U L-KUNĊERT

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bħalissa għaddejja bil-preparazzjonijiet tagħha għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-kunċert ta’mużika sagra li se jsir nhar it-23 ta’ Marzu 2013 fit-8pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-kunċert se jkun bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella u l-kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J Frendo.  Kulħadd huwa mistieden għal dan il-kunċert u d-dħul huwa b’xejn.

Appuntamenti oħra għall-banda tagħna jinkludu s-sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-parroċċa ta’ San Ġorġ li hija l-eqdem waħda fil-gżira Għawdxija (pre-1788).  Din il-purċissjoni hija wkoll devota ħafna u penitenzjali u fiha joħroġ l-Kurċifiss mirakuluż, kapulavur fl-injam ta Pietru Pawl Azzopardi (1848).  Din is-sena l-purċissjoni se toħroġ nhar Ħamis ix-Xirka fis-6.30pm.

Imbagħad nhar il-Għid il-Kbir, fid-8.45am ikollna d-dimostrazzjoni reliġjuża bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt, xogħol fl-injam ta’ Alfred Camilleri Cauchi (1997), bis-sehem tal-Fratellanzi tal-parroċċa u l-Banda tagħna.