AKTAR AĠĠORNAMENTI MIT-TEATRU
L-aħħar tħejjijiet għall-musical Għaliex Jien? jinsabu fl-aqwa tagħhom hekk kif fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla t-Teatru Astra se jilqa’ fih udjenza li se tgawdi spettaklu ta’ muzika u kant, xenarju u dwal, drama u kostumi, li f’armonija bejniethom se joħolqu ambjent mill-isbaħ sabiex, fuq stil kontemporanju u skont lirika miktuba minn Joe Chircop, tiġi interpretata l-ġrajja tal-Passjoni ta’ Kristu.
Infatti, il-bejgħ tal-biljetti għal din il-produzzjoni jinsab miexi ġmielu tant li l-organizzaturi qed jassumu li sa’ tmiem il-ġimgħa li ġej ikun baqa’ biss l-aħħar ftit biljetti.
Matul din il-ġimgha qed isiru l-aħħar irtokki fuq ix-xenarju spettakolari, filwaqt li membri ohra mit-tim tal porduzzjoni jinsabu għaddej bl-aħħar tħejjijiet f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ vestwarju.
Mhux inqas impenjat huwa l-cast ta’ aktar minn 140 ruħ li ta’ kuljum qed jiltaqa’ ghall-provi taħt id-direzzjoni ta’ Mario Tabone u ta’ l-awtur tal-lirika Joe Chircop, assistiti minn Antonella Zammit.
Matul l-ġranet li għaddew kompliet kampanja ta’ pubbliċita’ fuq l-mezzi tax-xandir lokali kif ukoll fuq gazzetti lokali. Din hi mistennija tintensifika aktar fil-ġranet li ġejjin. Fi Triq ir-Repubblika ttellgħu 3 banners artistiċi li jippromwovu dan l- musical.
Il-booking, bħalma kulħadd jaf, jinsab miftuħ mit-Teatru Astra stess jew billi wieħed iċempel fuq 21550985 jew fuq 79256897.