Join Us On:

News Archive

70 SENA MILL-EWWEL SERVIZZ BARRA MINN MALTA

Nhar il-Erbgħa 13 ta’ Settembru 2017 fakkarna fl-ewwel mawra li l-Banda Ċittadina La Stella għamlet barra minn Malta, fejn kienet daqqet ġo Villa Bellini Catania.  Għal banda tagħna dan kien primat f’ Għawdex għax sa dakinhar ħadd ma kien għadu daqq barra minn xtutna.

Dan ir-ritratt tal-mawra jġib miegħu memorji sbieħ li jfakkruna fl-istorja tagħna imma wkoll ta’ dieqa meta tara tant nies li ma għadomx magħna, familjari tagħna stess.  Qed nirriproduċu wkoll ritratt tal-irħama fil-Każin La Stella li kienet saret fl-1997 biex tikkomemora l-50 sena.

1947 09 Katanja 02

21751960_1965339120418824_6595669703648583048_n