ROCKASTRA 2025
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Ġunju 2025 inżamm il-kunċert RockAstra li din is-sena kien fl-għaxar edizzjoni tiegħu. Il-kunċert sar ġewwa t-Teatru Astra fejn il-Banda Ċittadina La Stella kienet taħt is-Surmast Dr John Galea. Għall-edizzjoni ta’ din il-sena, kien hemm numru ta’ kantanti mistednin, fosthom, Michela Pace, Mickaela, Matthew James Borg, Leo Stivala, Brooke u Chasing Pandora bis-sehem ta’ Melissa Portelli u Keith Anthony. Ħadu sehem ukoll il-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard. Is-serata kienet ippreżentata minn Keith Demicoli. Il-koreografija kienet ta’ Francesco Nicodeme
Fost il-biċċiet mużikali li ndaqqu nsibu: Symphonic Rock: The Music of Queen and Genesis, Crazy Train ta’ Ozzy Osbourne), All the Small Things ta’ Blink182, It Must Have Been Love ta’ Roxette, Bohemian Rhapsody ta’ Queen, The Reason ta’Hoobastank u All The Things She Said ta’ t.A.T.u.
Prosit kbira tmur lill-organizzaturi u l-bandisti tal-ħin li iddedikaw biex jitħejju għal dan il-kunċert impenjattiv li kien ta’ suċċess kbir.
Dan il-kunċert sar bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, il-direttorat għall-Kultura u Wirt Għawdex fi ħdanu, u l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.
Ritratti: Joe Attard












