Join Us On:

L-ISKEMA SOĊI 2014

Skema Soci 2014 v1

Wara xi jiem minn meta ġiet imnedija l-Iskema Soċi 2014 inħabbru bi pjaċir li r-rispons kien wieħed inkoraġġanti. Inkomplu nħeġġukom biex min għadu ma daħalx bħala soċu w għandu għal qalbu s-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-tlett pilastri tagħha, l-banda, l-festa u t-teatru jirreġistra minnufih. Kulħadd japprezza li mingħajr s-sostenn finanzjarju tagħkom ħafna mill-proġetti u ħidmiet matul s-sena ma jkunux jistgħu jsiru.

Lill-membri ġodda qed jingħata kalendarju tal-2014 li l-kumitat inkarigat mill-festa ppubblika f’Diċembru li għadda.

L-applikazzjoni biex wieħed isir soċju tista tinkiseb minn fuq dan is-sit jew inkella minn fuq il-facebook page tagħna: www.facebook.com/lastella.com.mt u tintbgħat f’dan l-indirizz: Skema Soċi 2014, Teatru Astra, Triq ir-Repubblika, Victoria, Għawdex.

Formula Soċi