Join Us On:

JIBDEW IT-TĦEJJIJIET GHALL-MUSICAL GREASE

_JMJ6971 _JMJ6973

Il-bieraħ saru l-auditions għall-musical Grease ġewwa t-Teatru Astra. L-auditions kienu f’idejn id-direttur artistiku Chris Gatt, Mro Sigmund Mifsud, il-koreografa Christabel Bajada, l-voice coach Julie Zahra u Mariella Spiteri Cefai.

Irridu ngħidu li l-konkorrenza kienet waħda tajba kemm minn naħħa tal-Għawdxin kif ukoll minn numru ta’ Maltin. Il-cast finali se jkun jista’ jitħabbar fil-jiem li ġejjin. Din il-produzzjoni live, ġewwa t-Teatru Astra hija okkażjoni unika għal dawk li għandom talent fil-kant u ż-żfin u jixtiequ opportunità fejn jesprimu dak kollu li jafu.

Naturalment l-musical Grease ma jinvolvix biss l-aspett mużikali u taż-żfin imma hemm xogħol ieħor importanti li ġa beda fuq il-palk f’dak li għandu x’jaqsam max-xenografija, dwal, sound u kostumi.  Xogħol ieħor ilu għaddej ġmielu  f’dak li għandu x’jaqsam mal-amministrazzjoni, pubbliċità u loġistika.

Intant infetaħ ukoll l-booking fejn matul ix-xahar ta’ Frar se tkun għaddejja l-offerta tal-Early Bird. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 99021591.

(Ritratti: Joe Attard)

A3 Poster

..