Join Us On:

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAL-MUNXAR

Nhar il-Ħadd li ġej 25 ta’ Mejju se jibdew is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf bl-ewwel festa tal-istaġun li hija dik ta’ San Pawl fil-Munxar. Fis-7.30pm jibda l-ħruġ solenni tal-istatwa tal-appostlu missierna San Pawl fejn il-banda tagħna se tesegwixxi l-innu l-kbir, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Il-Banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

Wara, l-banda tagħna se takkumpanja l-purċissjoni madwar it-triqat tal-Munxar bid-daqq ta’ diversi innijiet reliġużi. Minn din il-paġna nifirħu lill-parruċċani tal-Munxar u nawgurawlom festa mill-aqwa.