Join Us On:

News Archive

Category Archives: Featured

MIKXUFIN ŻEWĠ LAPIDI ĠEWWA L-KAŻIN TAL-BANDA LA STELLA

Dalgħodu, fil-Każin tal-Banda Ċittadina La Stella, saret l-inawgurazzjoni ta’ żewġ lapidi li jelenkaw il-Presidenti u s-Surmastrijiet tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella li saret mill-President Michael Formosa fil-preżenza ta’ numru ta’ mistednin distinti, awtoritajiet ċivili u familjari ta’ eks Presidenti. Iċ-ċerimonja kienet…

Continue reading

NIDĦLU FIL-QALBA TAL-FESTA

Wara li l-bieraħ kien l-ewwel jum tat-tridu solenni issa ninsabu fil-qalba tal-festa għażiża ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur tal-Belt Victoria u ta’ Għawdex. Komplu segwu l-paġni tas-social media tad-diversi sezzjonijiet u tal-parroċċa tagħna biex tkunu aġġornati bl’avvenimenti kollha.…

Continue reading

KUNĊERT SINFONIKU MILL-BANDA FILARMONIKA LA STELLA

Nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju 2026 fit-8.30 ta’ filgħaxija, il-Banda La Stella esegwiet fi Pjazza San Ġorġ, kunċert sinfoniku ta’ livell tassew għoli. Il-kunċert kien parti mill-Victoria International Arts Festival u kien taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. John Galea. Il-banda…

Continue reading

INVESTIMENT KBIR MINN VASSALLO GROUP CO LTD FUQ PARTI MILL-KAŻIN LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar l-akbar proġett ta’ investiment sa minn żmien il-bini tal-Każin tal-Banda La Stella u t-Teatru Astra fl-1968. Dan wara li fl-aħħar xhur, ġie konkluż u ffirmat ftehim ma’ waħda mill-akbar kumpaniji lokali u ta’…

Continue reading

MERĦBA LULJU, IX-XAHAR TA’SAN ĠORĠ

Malli jgħaddu l-jiem ta’ Ġunju nidħlu fl-aktar xahar impenjattiv għas-Soċjetà Filarmonika La Stella, xahar li jilħaq il-qofol tiegħu fit-tielet Ħadd ta’ Lulju bil-festa f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġorġ. Illum is-Sibt 4 ta’ Lulju jiftħu l-festi interni bin-novena tant mistennija ta’…

Continue reading

ĠIEĦ IL-BELT VICTORIA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tifraħ mas-Surmast Direttur Dr John Galea, u s-Sinjuri Carmelo Zammit u Pawlu Zammit u s-Sinjura Maria Schembri li nhar il-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2026, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Belt Victoria, ġew onorati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria bl-onorifiċenza…

Continue reading

SEHEM IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTI TAS-SAJF

Hekk kif bdew il-jiem tas-sajf il-Banda Ċittadina La Stella tibda tħejji u tipprepara biex tiehu sehem f’numru ta’ festi Għawdxin fix-xhur tas-sajf. Din is-sena kienet ftit differenti mill-aħħar snin peress li l-festa tal-Munxar f’ġieħ San Pawl ġiet posposta għal Settembru…

Continue reading

IL-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Id-29 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival jiftaħ b’kunċert inawgurali mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta u Simon Schembri (Guitar) li se jkunu taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro Philip Walsh. Il-kunċert se jsir ġewwa t-Teatru Astra u jibda fit-8pm, nhar il-Ġimgħa 12 ta’…

Continue reading

L-OPRA TURANDOT FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ, 30 ta’ Mejju 2026, The Classique Foundation, ipproduċiet l-opra lirika ta’ Giacomo Puccini ġewwa t-Teatru Astra, liema produzzjoni kienet waħda ta’ suċċess u livell għoli. L-orkestra nazzjonali ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Debrincat filwaqt li id-direzzjoni artistika…

Continue reading

ROCKASTRA 2026 ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

Nhar is-sibt 9 ta’ Mejju 2026 fit-8.00pm ittellgħa il-kunċert annwali RockAstra. Udjenza numeruża attendiet fit-teatru Astra għal dan il-kunċert spettakolari. Is-serata fetħet b’introduzzjoni qasira bħala warm-up minn tlett mużiċisti:- il-kantanta Denise Mercieca, il-kitarrista Wayne Camilleri u l-pjanista Jennifer Camilleri li…

Continue reading

ORAZZJONI FUNEBRI DOLINDO CASSAR (1943 -2026)

“Ladarba aħna wkoll għandna madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda, ejjew inwarrbu minna kull xkiel li malajr ifixkilna, u b’qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna quddiemna” LHUD 12:1-3 Illum qed insellmu lil persuna li f’ħajtu (u kif jidher…

Continue reading

IĦALLINA S-SUR DOLINDO CASSAR

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu fl-aħbar tat-telfa tas-Sur Dolindo Cassar, eks President, li għex ħajja ta’ servizz għas-Soċjeta’ La Stella u t-Teatru Astra. Il-Banda Ċittadina La Stella ser tipparteċipa fil-korteo funebri nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju, fil-4.45pm, minn…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI

Nhar il-Ħamis jaħbat it-23 t’April, data ferm għażiża għalina devoti ta’ San Ġorġ Martri. Għada 22 t’April Vġili tas-Solennità fis-7.45pm toħroġ fil-bieb tal-Bażilika Ġorġjana l-istatwa ta’ San Ġorġ Martri fejn wara ssir Velja Solenni tal-martirju. Matul din l-attività tiehu sehem…

Continue reading

KUMITAT ĠENERALI ĠDID GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN

Fl-aħħar ġranet bdiet il-ħidma tal-amministrazzjoni ll-ġdida tas-Soċjetà Filarmonika La Stella – dan wara l-proċess statutorju li skatta nhar it-22 ta’ Frar 2026 meta inżammet il-Laqgħa Annwali Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Matul il-laqgħa ġew ippreżentati ir-rapport ta’ ħidma u dak…

Continue reading

CARITAS ET MEMORIA – KUNĊERT TA’ MARĊI U MUŻIKA SAGRA MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Fil-bidu tas-snin tmenin tas-seklu l-ieħor kienet daħlet id-drawwa li ta’ kull sena f’xi jum qrib il-Gimgħa Mqaddsa il-Banda La Stella ittella’ kunċert ta’ mużika klassika u marċi funebri ġewwa il-bażilika ta’ San Ġorġ. Din is-sena il-kunċert ingħata l-isem Caritas et…

Continue reading

THE PAUL M. CASSAR MEMORIAL LECTURE

On 21 March, Rev. Prof. Jonathan Farrugia was invited to deliver the Paul M. Cassar Memorial Lecture at Teatru Astra, Gozo. This annual lecture honours the founder of the theatre and celebrates the intersection of culture and scholarship. His lecture,…

Continue reading

VISSI D’ARTE: PUCCINI AND DECADENCE, KTIEB ĠDID TA’ PROF. MARIA FRENDO

Is-Sibt 14 ta’ Marzu, saret it-tnedija tal-ktieb Vissi d’Arte: Puccini and Decadence, pubblikazzjoni miktuba mill-Prof. Maria Frendo, fis-Sala Joseph Vella. L-attività nfetħet mill-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, Michael Formosa, li matul il-kelmtejn ta’ introduzzjoni enfasizza l-kontribut twil u siewi tal-Prof.…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR B’SINGIN’ IN THE RAIN

Fi tmiem il-ġimgħa t-Teatru Astra tella l-ewwel żewġ rappreżentazzjonijiet tad-disgħa live musical tiegħu Singin in the Rain, liema musical qed isir għall-ewwel darba ġol-gżejjer Maltin. Il-produzzjoni ta’ Singin’ in the Rain iġġib magħha sfidi kbar, u forsi għalhekk s’issa ħadd…

Continue reading

DALWAQT IL-MUSICAL SINGIN’ THE RAIN ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

Wara li fil-bidu tal-2026 it-Teatru Astra ħabbar il-kast prinċipali tal-produzzjoni tant mistennija Singin’ in the Rain, li se tittella’ fl-14, 15, 19, 20, 21 u 22 ta’ Marzu 2025, issa dħalna fl-aħħar fażi ta’ tħejjija b’attività kontinwa fid-diversi aspetti tagħha.…

Continue reading

KUNĊERT FL-ANNIVERSARJU TAL-51 SENA MIR-REPUBBLIKA TA’ MALTA

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 2025, il-Banda La Stella kellha l-okkażjoni twettaq kunċert kbir mużikali sabiex jiġi mfakkar il-wieħed u ħamsin sena minn meta Malta saret Repubblika. L-istedina waslet minn għand il-kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Għawdex u l-Ippjanar.…

Continue reading

KUNĊERT TAL-MILIED MILL-KOR PICCOLE STELLE

Nhar il-Ħadd li għadda, 7 ta’ Diċembru 2025, ġewwa t-Teatru Astra, ġie mtella’ kunċert ta’ livell għoli ħafna mill-kor tat-tfal tat-Teatru Astra, Piccole Stelle. Din kienet l-ewwel darba li l-kunċert tal-Milied tal-Piccole Stelle sar fit-Teatru Astra, u għalih kienu mistiedna…

Continue reading

FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI FIL-BELT VICTORIA

Minn hawn u ftit jiem oħra l-Belt Victoria se tkun qed tiċċelebra l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, iż-żîna Marjana ta’ gżiritna, meqjuma fil-Knisja ta’ San Franġisk.  Din is-sena hija waħda speċjali peress li sar restawr professjonali fuq l-istatwa tal-kunċizzjoni, kapolavur fl-injam ta’…

Continue reading

EPIC SOUNDTRACKS – A MASSED BAND TRIBUTE TO FILM

Minn kellu x-xorti jattendi għal kunċert mużikali nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru fit-Teatru Astra ħareġ sodisfatt mhux bi ftit. Dan għaliex, kien kunċert uniku li qatt ma’ rajna bħalu fi gżiritna. Il-Baned Cittadini ta’ Malta u Għawdex, King’s Own tal-Belt…

Continue reading

EPIC SOUNDTRACK – PROGRAMM MUŻIKALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA U L-BAND KING’S OWN

Kien proprju fl-1877 li l-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta, dakinhar magħrufa bħala La Vincitrice Nazionale, ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria, u dan għamlitu fuq stedina tal-Parroċċa Ġorġjana. Minn dakinhar ‘l hawn l-isem tal-King’s…

Continue reading

KUĊERT TAL-MILIED MILL-KOR PICCOLE STELLE

Issa li qed noqorbu għall-festi tal-Milied inħabbru bi pjaċir li din is-sena l-Kor Piccole Stelle ser jippreżenta l-kunċert annwali tal-Milied fit-Teatru Astra. Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard, ser jgħaqqad il-mużika, iż-żfin u r-rakkont f’esperjenza maġika li joffri t-teatru.…

Continue reading

EPIC SOUNDTRACKS CONCERT

Gozo’s and Malta’s capital cities’ Philharmonic Bands, the La Stella Philharmonic Society of Victoria and the King’s Own Band of Valletta, will be joining forces for a unique, one-off spectacular concert featuring epic soundtracks from some of the most memorable…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR BL-OPRA TOSCA FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ saret it-tieni rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giacomo Puccini Tosca ġewwa t-Teatru Astra, li bla dubju kienet waħda mill-aqwa produzzjoniiet tal-opra fil-gżejjer Maltin. Dan is-suċċess kien riżultat ta’ prestazzjonijiet tajba tal-kantanti prinċipali, l-orkestra u s-surmat direttur, il-korijiet, kemm tal-kbar kif ukoll…

Continue reading

CLARINET AND PIANO RECITAL

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2025 ittellgħa recital minn Mario Galea fuq il-klarinett u Francis Camilleri fuq il-pjanu. Il-kunċert sar nhar il-Ġimgħa 24 t’Ottubru 2025 fis-sala Mgr. Ġiuseppe Farruġia ġewwa il-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-kunċert kien jikkonsist f’diversi siltiet…

Continue reading

“WHAT A SMASHING PRODUCTION THIS WAS!” ALBERT G STORACE FOR TEATRU ASTRA’S TOSCA

TOSCA: ILL-STARRED LOVERS & EVIL BIGOTRY What a smashing production this was! I went to Thursday’s performance of Puccini’s dark masterpiece at the Astra Opera House. This Saturday evening’s replica sees the end of Gozo’s brief operatic experience marking every…

Continue reading

ILLUM IT-TIENI RAPPREŻENTAZZJONI TA’ TOSCA

Illum Teatru Astra se jkun qed itella t-tieni rappreżentazzjoni ta’ Tosca wara s-suċċess kbir li kellu nhar il-Ħamis li għadda. Permezz ta’ din l-opra ta’ Puccini se jkun qed jintlaħaq il-qofol tat-22 -il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea. Mertu ta’ dan…

Continue reading

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA TAGĦNA

Il-bieraħ kien l-ewwel jum ta’ Festival Mediterranea 2025, li issa wasal fit-22 -il edizzjoni, bil-kunċert tal-alljievi tal-banda tagħna. Is-serata kien fiha għażla vasta ta’ biċċiet mużikali ensemble, duets kif ukoll solos kemm fuq l-istrumenti tar-ram kif ukoll dawk tal-qasba. Is-serata…

Continue reading

FESTA SAN FRANĠISK T’ASSISI

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura l-festa t-tajba lill-komunitajiet Franġiskani kollha tal-Belt Victoria, partikularment dik Konventwali li magħha għandha rabtiet partikulari. Il-festa tiegħu taħbat għada, 4 ta’ Ottubru, fejn il-Knisja Kattolika tfakkar lil San Franġisk ta’ Assisi, qaddis kbir tagħha li għex fir-reġjun Taljan…

Continue reading

FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL ARKANGLU

Illum 29 ta’ Settembru huwa Jum l-Arkanġlu San Mikiel. Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u l-Proto-Parroċċa ta’ San Ġorġ bi gratitudni jfakkru u b’ unur jiċċelebraw din il-festa kbira fil-kalendarju tal-Knisja Universali. Bla dubju l-akbar attrazzjoni għad-devoti ta’ San Mikiel Arkanġlu…

Continue reading

JITĦABBAR IL-CAST TAL-OPRA TOSCA ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

Teatru Astra jħabbar l-artisti għall-opra rinomata Tosca L-opra ċelebri Tosca, ser tiġi mtella’ fit-Teatru Astra nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru. Martina Serafin ser tinterpreta l-parti ċentrali ta’ Floria Tosca. Serafin twieldet ġewwa l-Awstrija għand familja ta’ mużiċisti.…

Continue reading

L-AĦĦAR TISLIMA LIL ANTON ZAMMIT

Illum tajna l-aħħar tislima lil Anton Zammit jew kif magħruf minn ħafna “Toni tal-Patri”. Is-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-Parroċċa ta’ San Ġorġ taw ir-rispett mistħoqq lil wieħed mill-kolonni tagħhom, li qeda għal bosta snin fiż-żewġ entitajiet . Il-korteo, akkumpanjat…

Continue reading

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SUR ANTON ZAMMIT

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu kbir fl-aħbar tat-telfa ta’ Anton Zammit, wieħed mill-pilastri li serrħet fuqhom fl-aħħar deċenni u Ġorġjan mill-aktar eżemplari. Is-Sur Anton Zammit serva, fost l-oħrajn, fil-karigi ta’ Teżorier, Segretarju u Viċi-President tas-Soċjeta. Il-funeral ser jsir nhar…

Continue reading

IĦALLINA DR SALVINO GALEA EX PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

Din il-ġimgħa waslitilna l-aħbar tal-mewt ta’ Dr Salvino Galea, li serva fil-kariga ta’ President tas-Soċjeta’ bejn l-1960 u l-1965. Il-funeral sar il-bieraħ il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru, fil-Parroċċa tan-Nadur. Agħtih O Mulej il-mistieħ ta’ dejjem. Is-Soċjeta’ twassal il-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAL-VITORJA TAX-XAGĦRA

Nhar il-Ħadd li ġej, lejlet il-festa tal-Vitorja fix-Xagħra Għawdex, il-Banda Ċittadina La Stella ġiet mistiedna biex tagħmel servizz festiv b’marċ flimkien mall-Banda Victory. Dan il-marċ popolari jibda minn quddiem il-każin tal-Banda Victory u jispiċċa ġewwa l-pjazza ewlenija. Matul il-marċ il-Banda…

Continue reading