FESTA SAN FRANĠISK T’ASSISI
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura l-festa t-tajba lill-komunitajiet Franġiskani kollha tal-Belt Victoria, partikularment dik Konventwali li magħha għandha rabtiet partikulari. Il-festa tiegħu taħbat għada, 4 ta’ Ottubru, fejn il-Knisja Kattolika tfakkar lil San Franġisk ta’ Assisi, qaddis kbir tagħha li għex fir-reġjun Taljan…



