FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
Ix-xahar ta’ Diċembru huwa sinonimu mal-Immakulata. Il-ġurnata tat-8 ta’ Diċembru hija ġurnata għażiża għall-Knisja Kattolika u hawnhekk f’Għawdex fejn tiġi ċċelebrata b’solennita’ fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tar-Rabat. Dan bir-raġun, għaliex kienu huma li matul is-sekli, speċajlment fil-qalba tal-Medjuevu, ħadmu biex…