Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2020

DESK DIARY 2021

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kif ippubblikat Desk Diary, bħalma tagħmel kull sena, liema diary huwa mimli b’informazzjoni utli.  Dan ix-xogħol sar bit-tħabrik u d-dedikazzjoni tas-Sur Dolindo Cassar.  Is-Sur Cassar jieħu ħsieb li jiġbor il-materjal għal din il-pubblikazzjoni inkluż ir-reklami.  Is-Soċjetà…

Continue reading

STUDENTI TAL-BANDA LA STELLA FIN-NOVENA TAL-MILIED

Matul il-jiem tan-Novena tal-Milied, ġewwa l-Bażilika ta’San Ġorġ, ħadu sehem l-alljievi tal-banda tagħna billi daqqew siltiet mużikali marbuta ma’ dawn il-jiem.  Kien ta’ pjaċir u  unur għall-banda tagħna li minkejja ż-żminijiet xejn faċli li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija irnexxielna nkomplu…

Continue reading

KUNĊERT BIEX IFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA

Nhar is-sibt 19 ta’ Diċembru 2020, bħala parti tal-festi li jiċċelebraw it-tifkira ta’ Malta Repubblika, il-kunsill tal-kultura fi ħdan il-Ministeru ta’ Għawdex organizza kunċert mużikali fis-7.00 ta’ filgħaxija, ġo pjazza Indipendenza ir-Rabat Għawdex. Għall-kunċert kienu mistiedna jdoqqu tlett solisti prinċipali…

Continue reading

IMNIEDI KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija ġie imniedi ktieb ġdid bl-isem Teatru Astra – Proġett għal Dejjem, miktub mis-Sur Paul M Cassar, Eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Oriġinarjament l-attività kellha ssir fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex imma minħabba l-possibiltà ta’ maltemp…

Continue reading

FESTA TAL-KUNĊIZZJONI FIL-BELT VICTORIA

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru fil-Belt Victoria tiġi iċċelebrata l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni.  Il-kommunità Franġiskana ilha torganizza din il-festa għal bosta snin, liema festa aħna l-Ġorgjani magħha nagħha sens ta’ apparteneneza kbira.  Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, bħal…

Continue reading

KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella bi pjaċir qed tħabbar pubblikazzjoni ġdida – ‘Teatru Astra, Proġett għal Dejjem’ ktieb li jiġbor fih il-memorji tas-Sur Paul M. Cassar, eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjeta Filarmonika La Stella, li fost l-oħrajn kien mexxa l-Kumitat…

Continue reading

LOTTERIJA TAL-MILIED

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ €1,000.00 f’ cash dan il-Milied u tkun qed tgħin lis-Soċjeta Filarmonika La Stella fit-tkomplija tal-proġetti tagħha. Biljetti jistgħu jinkisbu minn Pjazza San Ġorġ (Carmelo Cremona), Vajrinġa Supermarket u mingħand il-membri tal-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta Filarmonika La Stella. Kull biljett jiswa €2.00. Wieħed…

Continue reading

NUMRU TA’ PROĠETTI FIL-KAŻIN LA STELLA

Bħalissa, għalkemm il-każin huwa magħluq minħabba l-pandemija, hemm ħafna xogħol għaddej fuq numru ta’ proġetti.  F’din il-clip li qed nippreżentaw, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, qed jagħti daqqa t’għajn lejn diversi xogħolijiet li huma għaddejjin fil-kumpless tat-Teatru…

Continue reading

DR JOSEPH ELLIS ELETT FIL-PARLAMENT

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura lil Dr Joseph Ellis, eks President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, li illum ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta.    

MONUMENT FUNEBRI ĠDID

Dalgħodu, delegazzjoni tal-Kumitat immexxija mill-President tas-Soċjeta’, is-Sur Michael Formosa, poġġiet bukkett fjuri fuq il-monument funebri l-ġdid li għadu kemm tpoġġa fuq iż-żewġt oqbra tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, fiċ-ċimiterju tal-Belt Victoria. Dan il-monument isellem il-memorja ta’ kull min ħadem b’ risq…

Continue reading

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Minkejja d-diffikultajiet kbar tal-aħħar xhur, it-tagħlim tal-mużika fil-Każin tal-Banda La Stella ma qata’ qatt u għadu għaddej sal-ġurnata tal-lum, grazzi għad-dedikazzjoni tal-għalliema, studenti u ġenituri. Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru ser jittella’ il-programm mużikali annwali mill-alljievi tal-Banda Ċittadina La Stella…

Continue reading

OTTUBRU DIFFERENTI FIT-TEATRU ASTRA

Kull sena Ottubru jkun xahar ferm impenjattiv għat-Teatru Astra.  Din is-sena Ottubru huwa differenti ħafna minħabba l-posponiment tal-opra lirika Carmen li suppost kellha ssir lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.  Mur immaġina, sena ilu, waqt it-tħejjija tal-opra Il Trovatore, li sena wara konna…

Continue reading

ILLUM IL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK

Illum il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru, il-Knisja Kattolika tfakkar lil San Franġisk ta’ Assisi, qaddis kbir tagħha li għex fir-reġjun Taljan ta’ Umbria bejn is-sena 1182 u 1226, u li waqqaf l-akbar Ordni Reliġjuż fid-dinja Kristjana. Għalkemm għex tmien sekli ilu, San…

Continue reading

FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL

Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa ta’ San Mikiel Arkanġlu.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se jkun hemm quddiesa speċjali tal-festa fis-6pm.  Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din il-festa mportanti fil-parroċċa tagħna, naturalment billi wieħed jimxi mad-direttivi maħruġa minħabba l-pandemija.…

Continue reading

NAGHTU MERHBA LILL-E.T. MONS ANTON TEUMA

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-E.T. Mons Anton Teuma li nhar it-Tnejn li ġej se jieħu l-Pussess  bħala Dekan tal-Kolleġġjata Urbana.  Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-21 ta’ Settembru, Jum id-Dedikazzjoni, u l-Pontifikal jibda fis-6pm. Għal dan l-avveniment importanti huma mistiedna l-parruċċani kollha u…

Continue reading

FUNERAL TA’ MICHAEL CAMILLERI

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu bl-aħbar tal-Ħamis li għadda bit-telfa tal-Bandist Michael Camilleri, liema soċjetà u ser tibqa’ għal dejjem grata lejn is-servizz eżemplari tiegħu.  Fl-aħħar xhur Michael baqa’ jservi lis-Soċjeta’ bħala membru tal-Bord tal-Etika. Aktar tard illum…

Continue reading

AWGURI LILL-E.T. MONS. ANTON TEUMA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura lill-E.T. Mons. Anton Teuma li llum ser jiġi kkonsagrat bħala d-disa’ Isqof ta’ Għawdex.  Il-konsagrazzjoni se ssir fir-rotunda ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija fil-5.30pm. Il-funzjoni se tkun qed tixxandar live fuq il-mezzi tax-xandir u s-social media.  Mons.…

Continue reading

FUNERAL TA’ GANNI FARRUGIA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu bl-aħbar tat-telfa ta’ Ganni Farrugia, bandist onorarju tal-Banda Cittadina La Stella. Il-funeral tieghu ser jsir ghada il-Hamis waqt quddiesa fil-5.00pm fil-Bazilika ta’ San Gorg. Il-Banda Ċittadina La Stella ser takkumpanja il-korteo b’ daqq ta’…

Continue reading

WASLET IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Waslet il-ġimgħa tal-festa, żmien li aħna l-Ġorġjani inkunu ilna nistennew mill-għada tal-festa tas-sena ta’qabel.  Din is-sena l-festa se tkun waħda limitata f’ċirkostanzi mhux tas-soltu.  Minħabba l-pandemija dak kollu li jappartjeni l-festa tagħna se jkun ridott anke b’rispett lejn min forsi…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Din il-ġimgħa se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur ta’ gżiritna.  Naturalment din is-sena se nkunu qed niċċelebraw il-jum tat-23 t’April b’mod differenti peress li qed ngħixu sitwazzjoni partikolari minħabba il-pandemija tal-Covid 19. Fil-Bażilika…

Continue reading

RESTAWR TA’KUNTRABAXX ANTIK

Minkejja s-sitwazzjoni preżenti, s-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tkompli bil-proċess ta’ rinnovazzjoni u restawr kemm fejn jidħol il-Każin La Stella kif ukoll fejn jidħlu oġġetti ta’ valur għoli, bħal dokumenti storiċi, strumenti u bosta affarijiet oħra. Naturalment kollox sa fejn ir-regolamenti dwar…

Continue reading

CD ĠDID B’MARĊI FUNEBRI: CONSUMMATUM EST

Fil-ġranet li ġejjin is-Soċjetà Filarmonika La Stella ser tniedi sett ġdid ta’ Marċi Funebri – ġest ta’ tama f’dawn il-mumenti iebsin. Dan is-sett ta’ marċi, li jinkludi kemm repertorju ġdid kif ukoll ieħor mill-arkivji, ġie ppreparat mil-Banda Ċittadina La Stella…

Continue reading

SISTER ACT – POSTPONED !

In light of the recent directive issued by the Government, and in the interest of our cast and audience, Teatru Astra regretfully announces the postponement of its upcoming musical Sister Act which was scheduled for the 19, 20, 21 and…

Continue reading

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun qed tilqa’ l-applikazzjonijiet għal persuni li jixtiequ jissieħbu bħala membri tal-Astra Folk Group, li fil-mument huwa għaddej minn proċess ta’ rijorganizzazzjoni. Il-formula tal-applikazzjoni tista’ tinġabar mill-Bar tal-Każin tal-Banda La Stella. Din is-sejħa tibqa miftuħa…

Continue reading

ABBONAMENT SOĊJI 2020

Nixtiequ nfakkru lil dawk li għadhom ma ħallsux il-miżata għall-2020 li jistgħu jagħmlu dan fuq l-indirizz elettroniku https://teatruastra.org.mt/support – fejn wieħed isib ukoll lista tal-benefiċċji marbuta ma dan l-abbonament.  Wieħed jista’ wkoll jibgħat ċekk pagabbli Soċjetà Filarmonika La Stella, fuq…

Continue reading

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Il-bieraħ filgħaxija inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fis-sala Giuseppe Giardini Vella, li tmexxiet mill-President Michael Formosa. Fiha ġew ippreżentati r-rapport amministrattiv mis-Segretarju Matthew Zammit u r-rapport finanzjarju mill-kontrollur finanzjarju Joseph Tabone. Saru wkoll ir-rapporti mis-sotto-kumitati u anke’…

Continue reading

HALLEJTNA KMIENI WISQ!

Tard il-bieraħ filgħodu ġriet bħal leħħa ta’ berqa l-aħbar traġika li ħallietna Christine Gauci, fl-età żghira ta’ 35 sena. Christine Gauci, suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta, kienet iddoqq is-saxophone soprano mal-Banda Ċittadina La Stella u  ħarġet għall-ewwel servizz fl-1 ta’ Frar 2015, fl-okkażjoni…

Continue reading

DESK DIARY 2020

Bħal ma’ ġara fis-snin ta’ qabel is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħejjiet Desk Diary mimli nformazzjoni għas-sena 2020.   Ħajr speċjali jmur lis-Sur Dolindo Cassar li ħa ħsieb din il-biċċa xogħol mhux faċli.  Grazzi wkoll lil dawk in-negozji u entitajiet li rreklamaw f’din il-pubblikazzjoni.  Kopja tad-desk…

Continue reading