Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2019

ŻEWĠ BANDISTI ĠODDA

Il-Festa tal-Kunċizzjoni ta’ din is-sena ġabet magħha ferħ doppju għall-Banda Ċittadina La Stella. L-ewwel ferħa kienet naturalment is-sehem tagħna fil-festa xitwija tal-Immakulta, li fiha din is-sena t-temp kien tassew ħanin u rnexxa kollox.  Imma din is-sena kellna ferħa oħra peress…

Continue reading

SHOWCASING TOMORROW’S PERFORMERS

Matul Festival Mediterranea 2019, li ġie fi tmiemu ftit tal-ġimgħat ilu bil-kunċert annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, din is-sena kellu appuntament importanti ħafna għal dawk li jħobbu l-mużika u l-banda tagħna.  Dan kien kunċert imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina…

Continue reading

WASLET IL-FESTA TA-KUNĊIZZJONI !

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej il-Belt Victoria se tkun qed tiċċelebra l-festa għażiża ta’ Marija Immakulta, ġewwa l-Knisja ta’ San Franġisk, festa li aħna l-Ġorġjani nkunu qed nistennew b’ħerqa kbira. Il-Banda Ċittadina La Stella għal darba oħra se tkun qed…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA

L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, ser tkun qed torganizza ikla b’riżq l-ispejjeż li jġib magħha l-festa ta’ San Ġorġ nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fil-Każin tal-Banda La Stella fit-8.30pm. Biex tibbukkjaw, ċemplu fuq 79562634 jew 99551588. Il-preżenza tagħkom tagħmlilna kuraġġ, waqt…

Continue reading

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ ġie fi tmiemu Festival Mediterranea 2019, li issa wasal fit-18 -il edizzjoni, permezz tal-Kunċert Annwali mill-Banda Ċittadina La Stella, li għall-ewwel darba kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea. Il-kunċert beda billi ndaqqet La Forza del Destino ta’ Verdi,…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR BL-OPRA IL TROVATORE

Il-bieraħ ġiet fit-tmiemha t-tieni rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giuseppe Verdi, Il Trovatore, ġewwa t-Teatru Astra, li għaliha attenda l-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Clint Camilleri u bosta membri parlamentari…

Continue reading

IL TROVATORE – SPETTAKLU KBIR

Il-bieraħ saret l-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giuseppe Verdi Il Trovatore fit-Teatru Astra.  Ma hemmx dubju li għal darba oħra t-Teatru Astra żamm il-livell għoli li intlaħaq fl-aħħar snin b’ rappreżentazzjoni ta’ klassi – ġawhra oħra fil-kullana ta’ suċċessi tat-Teatru Astra.…

Continue reading

FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL

Illum hija l-festa liturġika ta’ San Mikiel Arkanġlu.  Kif jixraq f’dan il-jum ta’festa l-istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu tintrema fil-korsija tal-Bażilika għal qima ta’ dawk kollha li jżuruna f’dan il-jum.  Fil-11am fil-Bażilika se jkollna l-pontifikal solenni immexxi mill-E.T. l-Arċisqof Mons.…

Continue reading

IT-TEATRU ASTRA JĦABBAR IL-MUSICAL ‘SISTER ACT’

It-Teatru Astra jhabbar il-musical ‘Sister Act’ It-Teatru Astra, bi pjaċir iħabbar il-ħames musical live konsekuttiv. Għall-istaġun li jmiss, l-Astra se jkompli jiddiversifika r-repertorju ta’ ġeneri tiegħu permezz tal-musical ‘Sister Act’, suċċess Amerikan maħruġ bħala film fl-1992, u maqlub għal musical…

Continue reading

SERVIZZ ĠEWWA SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fir-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa ta’ San Lawrenz Martri.  Is-servizz kien jikkonsisti fid-daqq tal-innu l-kbir, l-innu marċ u innu reliġjuż għad unur San Lawrenz, waqt il-ħruġ tal-istatwa. Wara sar…

Continue reading

SEHEM FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda Ċittadina La Stella tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf.  Wara ġimgħa impenjattiva fil-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ Martri, imiss issa li nieħdu sehem fil-festa ta’ Santa Margerita, ġewwa ta’ Sannat. Ir-raħal ta’ Sannat għandu rabtiet storiċi…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

Illum il-Ġimgħa jiġi fi tmiemu t-tridu solenni u ssir id-dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ ta’ Vincenzo Cremona.  Fid-9pm se jindaqq l-innu Su Garzoni mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Jiehdu sehem il-Kor tat-Tfal Piccole…

Continue reading

SERATA SPEĊJALI WAQT L-AKKADEMJA MUŻIKO-LETTERARJA

Il-bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella fetħet l-impenji tagħha għall-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ, liema festa tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd li ġej.  Matul is-serata iżżanżnet bradella ġdida għal San Ġorġ Rebbieħ, fuq disinn ta’ Silvio Pace Ix-xogħol fl-injam sar…

Continue reading

AKKADEMJA MUŻIKO-LETTERARJA

Illejla, fit-8.15pm se ssir akkademja mużiko-letterarja fl-okkażjoni tal-125 anniversarju tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ.  Fit-7.45pm titlaq dimostrazzjoni qasira bl-istatwa mill-każin La Stella sa Pjazza San Ġorġ.  Waqt is-serata se jiġi segwit l-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex “Su Garzoni” (1894), versi…

Continue reading

WASLET IL-FESTA

In-Novena Nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju se tingħata bidu n-Novena ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tas-7pm.  In-Novena se tkun immexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi. Tkun ħaġa sabiħa ferm li nieħdu mpenn serju u nattendu għal dawn il-jiem ta’ tħejjija.  In-Novena ma…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIN-NADUR

Il-Banda Ċittadina La Stella l-bieraħ kienet mistiedna biex tieħu sehem fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl ġewwa n-Nadur, sewwasew fil-marċ ta’ lejlet il-festa. Is-servizz kien jikkonsisti fil-marċ popolari matul it-triq tal-purċissjoni flimkien mal-Banda Mnarja.  Min naħħa l-oħra l-Banda Mnarja…

Continue reading

FESTA TA’ SAN ĠORĠ ĠEWWA ĦAL-QORMI

Fi tmiem il-ġimgħa l-Belt Pinto se tkun qed tiċċelebra l-festa ta’ San Ġorġ Martri, liema festa hi tant għażiża anke’ għalina r-Rabtin. Din is-sena pero’ kienet waħda speċjali fejn il-Banda Ċittadina La Stella, nhar is-Sibt li għadda 22 ta’ Ġunju, …

Continue reading

FESTI SPEĊJALI U APPELL SINĊIER GĦALL-ĠENEROŻITÀ

Matul din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella qiegħda tiċċelebra festi speċjali biex tfakkar il-mija u ħamsa u għoxrin sena minn meta, fl-1894, iżżanżnet l-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, kapulavur tal-artist Malti Vincenzo Cremona. L-opra ta’ Cremona ġiet maħduma apposta biex…

Continue reading

SEHEM IL-BANDA TAGĦNA FIL-FESTA TAL-QALB TA’ ĠESU

Il-Banda Ċittadina La Stella llum tkompli l-impenji tagħha fil-festi tas-sajf billi tieħu sehem fil-festi ad unur il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fil-Fontana. L-ewwel servizz f’din il-festa jikkonsisti f’marċ madwar it-toroq tal-Fontana, liema marċ jibda fid-9.30pm.  Matul il-marċ jindaqqu numru ta’ marċi…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR WAQT ROCKASTRA

Is-sitt edizzjoni tal-kunċert RockAstra, imtella’ mill-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Victoria, kien suċċess enormi fejn l-udjenza tpaxxiet mhux biss bil-mużika magħżula, imma wkoll bil-viżwal ta’ dwal, projections kif ukoll spettaklu ta’ nar. Il-kunċert sar fi Pjazza Indipendenza quddiem folla kbira…

Continue reading

REQUEST FOR EXPRESSION OF INTEREST

Request for expression of interest and submission of proposals for the lease and/or redevelopment for another use of the site until recently known as the KU Club in Giuseppe Giardini Street, Victoria.   More details in this document. Application Form.

FESTA TA’ SAN PAWL ĠEWWA L-MUNXAR

Ftit tal-ħin ilu għadu kif intemm l-ewwel servizz tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf, sewwasew ġewwa r-raħal ċkejken tal-Munxar fejn tiġi iċċelebrata l-festa għad unur San Pawl missierna. Il-Banda Ċittadina La Stella kienet mistiedna biex tagħmel marċ qasir matul it-toroq…

Continue reading