KANTANTI EĊĊELLENTI GĦAL LUCIA DI LAMMERMOOR FIT-TEATRU ASTRA
It-tmexxija tat-Teatru Astra bi pjaċir tħabbar cast ta’ fama nternazzjonali għall-kapulavur tal-bel canto mill-pinna ta’ Gaetano Donizetti; Lucia di Lammermoor. Il-parti titulari ta’ Lucia se tiġi nterpretata minn Serenad Burcu, sopran b’vuċi rikka u soda; karatteristiċi li jevokaw saħħa mpressjonanti…