Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2015

PRANZU TAL-EWWEL TAS-SENA

  Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar f’nofsinhar is-Soċjetà Filarmonika La Stella se torganizza pranzu tal-Ewwel tas-Sena fil-Cornucopia Hotel, ix-Xagħra, Għawdex.  Il-pranzu se jkun fuq bażi buffet u jinkludi wkoll ix-xorb.  Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jċemplu fuq 79050691 jew 79021033…

Continue reading

ATTIVITAJIET TAL-MILIED

In-Novena tal-Milied Illum tibda n-Novena tal-Milied li fil-parroċċa tagħna se tkun fis-6.00pm. Aħna nħeġġu t-tfal u l-adolexxenti tagħna, imma wkoll lill-familji kollha, biex jattendu bi ħġarhom għal dan l-appuntament importanti u b’hekk inkunu qed nitħejjew tajjeb u bis-sens għall-festa qaddisa…

Continue reading

MONS ISQOF MARIO GRECH IŻUR TEATRU ASTRA

Bħala parti mill-viżta pastorali li qegħda ssir bħalissa fil-parroċċa tagħna, Mons Mario Grech, Isqof Djoċesan u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, il-bieraħ filgħaxija żar it-Teatru Astra u l-kumpless tal-każin. Monsinjur Grech ġie milqugħ minn membri tal-kumitat u diversi partitarji attivi fil-ħajja tal-każin.…

Continue reading

KUNCERT MILL-KOR PICCOLE STELLE

Wara l-partecipazzjoni tal-bieraħ tal-kor Piccole Stelle waqt il-mixgħela tad-dwal ta’ Pjazza Indipendenza u Triq ir-Repubblika (ara ritratti) issa jmiss kunċert nhar il-Milied fi Pjazza San Ġorġ fit-8pm.  Din is-sena l-kunċert se jkun “In Aid of Ethiopia” u se jkun taħt id-direzzjoni…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI – KTIEB ĠDID TA’ ANTHONY FARRUGIA

Nhar it-23 ta’ Ottubru 1836, salt fratelli tal-Immakulata Kunċizzjoni, mhux aktar minn tletin, iltaqgħu f’konsulta, fl-oratorju tal-Fratellanza tagħhom, fil-kunvent ta’ San Franġisk tar-Rabat, Għawdex, sabiex jiddeċiedu jekk kellhomx jordnaw statwa ġdida tal-Immakulata Kunċizzjoni jew inkella jibqgħux b’dik li diġà kellhom.  L-istatwa li sa dakinhar kienu jdawru waqt il-purċissjoni tagħhom tal-Immakulata, kienet qdiethom tajjeb għal…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI

Reġgħa wasal il-jum fejn nawguraw il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dawn il-jiem ta’ festa tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll.…

Continue reading

FUNDAZZJONI JOSEPH VELLA

Il-bieraħ kienet serata memorabbli għas-Soċjetà Filarmonika La Stella u għas-Surmast Direttur tagħha l-Prof Joseph Vella, waqt il-kunċert Annwali fit-Teatru Astra ddedikat lill-45 anniversarju minn meta is-Surmast Vella nħatar direttur mużikali. Waqt is-serata, fejn il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella esegwiet…

Continue reading

THE JOURNEY FIT-TEATRU ASTRA

Bi pjaċir inħabbru spettaklu ta’ żfin fit-Teatru Astra bl-isem The Journey, imtella minn The Turning Point Dance Theatre u l-Gozo Gymnastics Academy.  L-ispettaklu, li se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Sarah Clare se jkollu wkoll bħala mistieden speċjali lil Donatien Ravet. …

Continue reading

WIRJA FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ tkomplew l-attivitajiet marbuta ma’ Festival Mediterranea 2015 bil-ftuħ ta’ wirja fit-Teatru Astra li se ddum miftuħa sa nhar is-Sibt li ġej 21 ta’ Novembru. Il-wirja għandha sezzjoni ddedikata lill-Prof Joseph Vella, surmast direttur tagħna li din is-sena qed ifakkar…

Continue reading

IL-KUNĊERT ANNWALI

Wara s-suċċess frisk permezz taż-żewġ rapreżentazzjonijiet tal-opra ta’ Giacomo Puccini La Boheme u l-ewwel attivitajiet kulturali bħala parti mil-erbatax –il edizzjoni tal-Festival Mediterranea, t-Teatru Astra iħares il-quddiem lejn aktar attivitajiet prinċipali marbutin mal-festival ta’ din is-sena. L-ewwel fost dawn l-eventi…

Continue reading

“MIMÌ … MIMÌ”

“Mimì … Mimì”. Kif kien mistenni l-aħħar kelmiet ta’ Rodolfo nisslu dieqa u kommozzjoni f’dawk kollha preżenti fit-Teatru Astra l-bieraħ filgħaxija, waqt l-aħħar sekondi tal-opra La Boheme. L-atmosfera kienet dik li kellha tkun, taħlita ta’ emozzjonijiet b’mumenti ta’ attrazzjoni bejn…

Continue reading

SUĊĊESS FL-LA BOHEME FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra assistejna għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ La Boheme, li kif kien mistenni kienet suċċess kbir.  Bl-auditorium ippakkjat bin-nies l-palk tat-Teatru ġie ttrasformat f’Pariġi fejn ltqajna mal-protagonisti Rodolfo (Leonardo Caimi) u Mimi (Miriam Cauchi) fost personaġġi oħrajn. Is-Soċjetà Filarmonika…

Continue reading

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX JŻUR IT-TEATRU ASTRA

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Dr. Anton Refalo, l-bieraħ filgħaxija żar it-Teatru Astra waqt it-tħejjijiet għall-opra lirika La Boheme.  Il-Ministru Refalo kien akkumpanjat mid-diriġenti tat-Teatru Astra u Festival Mediterranea li din is-sena se tkun qed torganizza l-erbatax -il edizzjoni. Kif inhu…

Continue reading

IL-PLAY ‘DE PROFUNDIS’ FIT-TEATRU ASTRA

B’kollaborazzjoni mat-tim maniġerjali tat-Teatru Astra u l-uffiċju ta’ informazzjoni u kultura ta’ Għawdex, il-Gozo Creative Theatre Club ser itella’ il-produzzjoni De Profundis mill-awtur u poeta Oscar Wilde. Din il-produzzjoni ser tkun mtella’ bħala parti mill erbatax-il edizzjoni tal-Festival Meditteranea. De…

Continue reading

KONFERENZA STAMPA: FESTIVAL MEDITERRANEA 2015

It-Teatru Astra, bl-appoġġ tal-Bank of Valletta, għandu l-pjaċir iħabbar l-erbatax-il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, b’serje ta’ avvenimenti kulturali f’Għawdex bejn l-20 ta’ Ottubru u s-6 ta’ Diċembru 2015. Festival Mediterranea hu attrazzjoni unika, u hu l-uniku festival tat-tip tiegħu fil-gżejjer…

Continue reading

L-OPRA FIT-TEATRU ASTRA

  Fil-gazzetta lokali L-Orizzont tas-Sibt ġie ippubblikat artiklu dwar l-opra fit-Teatru Astra fejn ittieħdu kummenti minn protagonisti fil-produzzjonijiet li jsiru. Il-Ħadd kellna rappurtaġġ kemm fil-Mument, it-Torċa kif ukoll  f’The Malta Independent. Intant, bħalissa għaddej xogħol intensiv fid-diversi sezzjonijiet tal-opra  bħalma…

Continue reading

FESTIVAL MEDITERRANEA 2015

Xi wħud mill-posters relatati ma Festival Mediterranea 2015 Festival Mediterranea 2015 għal darba oħra se jlaqqana ma’ attivitajiet kulturali, teatrali u mużikali ta’ livell għoli ħafna matul ix-xhur tal-ħarifa.  Minbarra l-opra La Boheme, li naturalment hija l-qofol tal-festival, hemm ippjanati…

Continue reading

LA BOHEME – SKEMA GĦALL-ISTUDENTI

Bħalma għamlet f’dawn l-aħħar snin, id-direzzjoni tat-Teatru Astra f’Għawdex qed tniedi skema speċjali li permezz tagħha qed toffri lill-istudenti skont sostanzjali fuq għadd ta’ biljetti għall-ewwel rapprezentazzjoni ta’ l-opra La Boheme, li ser tinzamm nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Nhar il-Tlieta 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għandna l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel, li hija xogħol ta’ Xandru Farrugia fl-injam (1838).  Huma ħafna li jqisu din l-istatwa bħala waħda mill-isbaħ skulturi…

Continue reading

TEATRU ASTRA IĦABBAR IL-KAST GĦAL LA BOHЀME

Hekk kif l-istaġun tal-festi wasal fi tmiemu, l–enerġija u l-ħidma tat-Teatru Astra issa tissokta bil-produzzjoni tal-opra lirika fl-aħħar weekend ta’ Ottubru. Wara is-suċċess tas-sena l-oħra miksub permezz taż-żewġ rapreżżentazjonijiet tal-Opra Nabucco, din-is-sena jmiss l-Opra ta’ Giaccomo Puccini, La Bohѐme, li…

Continue reading

PATRI ĠORĠ ŻAMMIT MAĦTUR PROVINĊJAL

Patri Ġorġ Żammit, iben il-parroċċa ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria, inħatar Provinċjal tal-Franġiskani Minuri Konventwali Maltin. Patri Ġorġ kien għal xi żmien gwardjan fil-Kunvent ta’ San Franġisk ġewwa il-Belt Victoria  u matul is-snin serva f’karigi oħra  f’diversi parroċċi f’Malta. Minn…

Continue reading

ATTIVITAJIET TAL-VICTORIA HOTSPURS

  Il-Victoria Hotspurs, il-klabb tal-football li ilu assoċjat mill-qrib mal-partit Ta’ l-Istilla u mal-Parroċċa ta’ San Ġorġ sa’ mit-twaqqif tiegħu, jinsab għaddej bl-aħħar tħejjijiet tiegħu għall-istaġun 2015/16 li ser jiftaħ ftit jiem oħra. Ghaldaqstant, hsibna li mis-sit elettroniku ufficcjali tas-Socjeta’,…

Continue reading

LA BOHÈME FIT-TEATRU ASTRA

The Sunday Times issued on Sunday 30th of August featured an interview with Soprano Miriam Cauchi that was conducted by Dr. Maria Frendo, Teatru Astra’s choir mistress. The topic of this interview focused on Miriam Cauchi’s forthcoming performance of Mimí…

Continue reading

BBQ B’RIZQ L-GĦAQDA TAL-ARMAR

L-Għaqda Armar San Ġorġ Martri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella se torganizza BBQ fejn il-Breakwater ġewwa Marsalforn.  L-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta ‘ Settembru fit-8pm.  Inħeġġu l-partitarji tagħna jipparteċipaw u b’hekk ikunu qed jgħinu biex tkompli tikber…

Continue reading

ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA FIL-MISSJONI FL-ETJOPJA

Bħalma ħafna ġa jafu numru ta’ żgħażagħ tagħna, fostom anke’ bandisti tal-Banda tagħna u kollaboraturi f’ħafna oqsma oħra tas-Soċjetà, se jkun qed jagħmlu perjodu ta’ volontarjat fil-Missjoni fl-Etjopja f’Settembru li ġej.  Għal dan il-għan iż-żgħażagħ organizzaw numru ta’ attivitajiet ta’…

Continue reading

WASLET IL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella se tkompli bis-servizzi tagħha nhar il-Ħadd li ġej fir-raħal ta’ San Lawrenz. Is-servizz tal-Banda se jibda b’marċ qasir fis-7pm, li jwassalha sal-pjazza fejn tilqa’ l-ħruġ tal-purċissjoni u l-istatwa ta’ San Lawrenz bl-innu l-kbir u…

Continue reading

JOSEPH CALLEJA “JIRRITORNA” FIT-TEATRU ASTRA

It-tenur ċelebri Malti Joseph Calleja illum “irritorna” fit-Teatru Astra biex jagħmel intervista ma’ crew Ġermaniża tat-televiżjoni.  Jilqgħu li-tenur Malti kien hemm il-Professur Joseph Vella, Surmast tal-Banda Ċittadina La Stella u direttur mużikali u artistiku ta’ Festival Mediterranea, is-Sur Paul M…

Continue reading

MEMBRU TAL-KOR PICCOLE STELLE FL-AĦBARIJIET

Iċ-ckejken Karl Curmi il-bieraħ kien protagonista fl-aħbarijiet lokali meta f’aċċident li sar ġewwa l-bajja ta’ Marsalforn salva tarbija ta’ 18 -il xahar mill-baħar. It-tarbija kienet man-nanna li waqt li kellha f’idha lit-tarbija ġrala aċċident u t-tarbija waqgħet il-baħar.  Karl qabeż…

Continue reading

FESTA TA’ SANTA MARGERITA FIS-SANNAT

Illum, il-Banda Ċittadina La Stella, tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf. Wara ġimgħa impenjattiva fil-festi ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, imiss issa l-festa ta’ Santa Margerita ġewwa Sannat. Is-servizz jikkonsisti f’marċ qasir mill-inħawi ta’ Ċenċ sal-pjazza. Wara li toħroġ mill-knisja…

Continue reading

FESTA TA’ POPLU

Kemm il-darba smajniha l-frażi “Festa ta’ Poplu”?  Imma ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria hekk hi – “Festa ta’ Poplu”. Festa li n-nies jiġu għaliha speċifikament biex igawdu l-briju, l-armar u rikkezza ta’ mużika li għandhom kemm il-Bażilika ta’ San…

Continue reading

IL-FESTA T-TAJBA

“Ġorġi tagħna min qatt bħalek Stella tiddi kolla dija Qlubna ssaħret bik ġmiel tagħha Dawlet sebbħet l-art Għawdxija” Il-festa t-Tajba lill-parruċċani ta’ San Ġorġ, partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u l-dawk kollha li jingħaqdu magħna f’dan il-jum ta’ ferħ.  Nitolbu…

Continue reading

LEJLET IS-SOLENNITÀ

Illum is-Sibt, lejlet is-solennità, għandna ġurnata ppakkjata daqs bajda.  Dalgħodu fl-10am għandna Konċelebrazzjoni Pontifikali ta’ tmiem it-Tridu Mqaddes mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof Emeritu ta’ Malta.  Fil-11am fl-istess Bażilika għandna wkoll il-launch tal-ktieb il-ġdid dwar il-kuntratt tal-istatwa ta’ San Ġorġ,…

Continue reading

GĦAWDEX JIĊĊELEBRA

Huwa fatt magħruf li għal follol fil-festa ta’ San Ġorġ la jagħmel differenza l-jum, la l-ħin u l-anqas il-post.  Tkun meta tkun id-dimostrazzjoni, San Ġorġ għandu garanzija li se jimxi quddiem u wara xita ta’ nies.  Xhieda ta’ dan huma…

Continue reading

TKOMPLI L-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa li għadda saret b’suċċess kbir l-ikla tradizzjonali tal-festa, bis-sehem tal-grupp The Tramps. L-attendenza għal din l-ikla kienet kbira u dan kompla kabbar l-atmosfera ta’festa ġo pjazza San Ġorġ. Grazzi l-dawk kollha li attendew għax bil-preżenza tagħhom kienu qed…

Continue reading

WASLET IL-FESTA – TIBDA N-NOVENA

Malli nibdew ix-xahar ta’ Lulju l-attenzjoni tagħna tmur mal-ewwel fuq il-festa tagħna ddedikata lil San Ġorġ Martri, Paturn tal-Belt Victoria u mill-eqdem żminijiet Protettur tal-Għawdxin.  Ħareġ ukoll il-programm tal-festa li jista’ jinkiseb mill-Bażilika ta’ San Ġorġ u li jista jiġi…

Continue reading

SAN PIETRU W SAN PAWL FIN-NADUR

Is-servizz li jmiss tal-Banda Ċittadina La Stella se jeħodna fir-raħal tan-Nadur fejn tiġi iċċelebrata l-festa għad unur San Pietru w San Pawl.  Il-Banda tagħna tieħu sehem flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa.  Din is-sena dan il-marċ se…

Continue reading