SERVIZZ ĠEWWA L-GĦASRI
Bħalma avżajna l-Ħadd 2 ta’ Ġunju kellna s-servizz fir-raħal ċkejken tal-Għasri. Il-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ mat-toroq fejn waslet fil-pjazza quddiem iz-zuntier. Hemmhekk il-Banda tagħna laqgħet l-istatwa tas-Salvatur meta ħarġet mil-knisja b’innijiet reliġjużi. Wara, l-Banda akkumpanjat il-purċissjoni mat-toroq ewlenin…