PRODUZZJONI TA’ TANGO LI QED IDDUR L-EWROPA, GĦAL FESTIVAL MEDITERRANEA
Il-produzzjoni oriġinali, Tango Emoción, ispirata mill-atmosfera Arġentina ta’ dan il-ġeneru ta’ żfin, se ssir f’Malta l-Gimgħa 26 t’Ottubru fil-lukanda Kempinski San Lawrenz, bħala parti mill-11-il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat minn Teatru Astra. Il-produzzjoni Tango Emoción, miktuba mill-mezzo-sopran Rumena…