SERVIZZ FIX-XEWKIJA
Nhar is-Sibt li għadda, il-Banda tagħna kompliet bis-servizzi tagħha matul is-sajf fir-raħal tax-Xewkija, ir-raħal ta’ Ġwanni l-Battista, prekursur ta’ Kristu. Is-Sehem tal-Banda tagħna kien jikkonsisti f’marċ qasir madwar it-toroq prinċipali tar-raħal, imbagħad wara, għamlet kunċert fuq il-planċier fil-pjazza, quddiem ir-rotunda.…