HODIE CHRISTUS NATUS EST
Sena oħra tgerrbet tiġri biex sibna ruħna mill-ġdid fil-jum speċjali u għażiż tal-Milied. Wara l-Għid, il-jum li fih infakkru t-Twelid ta’ Sidna hu l-aktar importanti fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattolika. F’Malta, bħal f’ħafna pajjiżi oħra, dan iż-żmien qaddis hu kkumplimentat minn tradizzjoni kulturali…