IR-RABTA MAL-FESTA TA’ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
L-aktar festa popolari fl-istaġun tax-xitwa fir-Rabat ta’ Għawdex hija mingħajr ebda dubju dik ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni li l-Franġiskani Konventwali jiċċelebraw f’ġieħ l-Imqaddsa Verġni Marija nhar it-8 ta’ Diċembru. Fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika t-8 ta’ Diċembru huwa s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa…