NIDĦLU FIL-ĠIMGĦA TAL-FESTA
Waslet sa fl-aħħar il-ġimgħa tant mistennija minna r-Rabtin – il-ġimgħa tal-festa prinċipali tal-gżira Għawdxija – il-festa tal-patrun tad-djoċesi u ta’ beltna San Ġorġ Megalomartri. Il-festi f’ġieħ il-Kbir tal-Martri ilhom li bdew mit-8 ta’ Ġunju bil-ftuħ tal-Victoria International Arts Festival 2008,…